“Insellem minn hawn il-memorja ta’ Isqof tal-Azzar” – L-Arċisqof
L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b'suffraġju tal-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca, fil-Kurja
21/03/2017- It-Tlieta 21 ta’ Marzu 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa b’suffaġju ta’ Monsinjur Arċisqof Ġużeppi Mercieca, mal-impjegati tal-Kurja tal-Arċisqof, fil-Kappella ta’ San Kaċidonju, il-Furjana. Din il-Quddiesa saret qabel l-attività kommemorattiva fir-Refettorju tal-Kurja tal-Arċisqof.
- Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Kappella ta’ San Kalċidonju, Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana
21 ta’ Marzu 2017
Waħda mill-esperjenzi li żgur farrġu lil Monsinjur Ġużeppi Mercieca kienet il-fatt li kellu l-grazzja speċjali mingħand Alla li jakkumpanja, fl-aħħar mumenti ta’ ħajjithom, ‘il diversi nies li kienu għamlulu ħafna ħsara…