Arkivji mensili: April 2017

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ April

  • San Luqa 24:13-35

    Dakinhar stess ġara li tnejn minnhom kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi sittin stadju bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kull ma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom. Imma għajnejhom kellhom xi jżommhom u ma setgħux jagħrfuh.

    U hu qalilhom: “X’intom tgħidu bejnietkom intom u miexja?” U huma waqfu, b’ħarsa ta’ niket fuq wiċċhom…

  • Kompli aqra »

“Permezz tal-qrar il-Mulej jagħtina kull darba ċans ġdid” – L-Arċisqof

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra quddiesa mas-sorijiet u l-voluntiera tal-Missjunarji tal-Karità

  • Nhar it-Tnejn, 17 ta’ April 2017, l-għada ta’ Ħadd il-Għid, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mas-Sorijiet Missjunarji tal-Karità u l-voluntiera tagħhom f’Bormla.  
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Sorijiet Missjunarji tal-Karità, Bormla

    19 ta’ April 2017

    I would like to share a very short reflection inspired by today’s prayer and readings…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jitlob għall-Insara persegwitati

  • On Easter Monday Pope Francis greeted pilgrims and visitors gathered in St Peter’s Square, praying especially for Christians who are persecuted for their faith.

    Speaking from the window of the Apostolic Palace before the recitation of the Regina Coeli midday prayer, the Pope said the day’s liturgy echoes the great cry of Easter Sunday, ‘Christ is Risen, Hallelujah!’

    We hear the words of the angel to the women at the tomb, saying ‘Go quickly and tell his disciples, he has been raised from the dead.”

    Those words are directed at us too, the Pope said, inviting us to go quickly and proclaim this message of joy and hope to the women and men of our day…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur l-istudenti tal-MCAST

  • Nhar l-Erbgħa, 12 ta’ April 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar l-attività bl-isem ta’ ‘L-Isfida tal-Ħiliet’ fl-MCAST f’Raħal Ġdid.

    L-Arċisqof tkellem mal-istudenti dwar il-proġetti li għażlu kif ukoll dwar l-isfidi li ltaqgħu magħhom waqt il-proċess ta’ manifattura. Din hija l-ewwel sena li l-MCAST organizzat din l-attività fejn ipparteċipaw aktar minn 800 student.

    Huwa żar l-oqsma tal-welding, tal-mastrudaxxi, tal-avjazzjoni, tal-informatika, tal-akkwarji, tal-make-up u sbuħija, landscaping tal-ġonna, kif ukoll żar għadd ta’ stands ta’ kumpaniji li qed joffru xogħol lill-istudenti…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ April

  • San Ġwann 20:11-18

    Iżda Marija baqgħet ‘il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta’ Ġesù. Huma qalulha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki?” Hi wieġbet: “Għax ħadu lil Sidi, u ma nafux fejn qegħduh.”

    Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù…

  • Kompli aqra »

It-tifsira tal-qawmien mill-imwiet – Il-ħsieb tal-Arċisqof f’Ħadd il-Għid

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali tal-Għid il-Kbir tal-Mulej

  • Ħadd il-Għid, 16 ta’ April 2017, fid-9:15 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Stazzjonali tal-Għid il-Kbir tal-Mulej, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

  • Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq Youtube
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    16 ta’ April 2017

    “Sa dakinhar kienu għadhom ma fehmux l-Iskrittura li tgħid li kellu jqum mill-imwiet” (Ġw 20, 9)…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ April

  • San Mattew 28:8-15

    Marija ta’ Magdala u Marija l-oħra telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża’ u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu. U ara, ltaqa’ magħhom Ġesù u qalilhom: “Is-sliem għalikom.” Huma resqu lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu. Imbagħad Ġesù qalilhom: “Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk.”

    Huma u sejrin, xi wħud mill-għases marru l-belt għand  il-qassisin il-kbar u tawhom l-aħbar ta’ kull ma kien ġara…

  • Kompli aqra »

“Żommu sodi fil-fidi” – Il-Papa Franġisku

  • On Easter Sunday morning Pope Francis presided over Mass in St Peter’s Square festooned for the occasion with colourful tulips from Holland.

    Breaking with tradition the Pope gave an off the cuff homily encouraging Christians to keep the faith despite the wars, sickness and hatred in the world.

    `”The Church never ceases to say, faced with our defeats, our closed and fearful hearts, ‘stop, the Lord is risen’…

  • Kompli aqra »

“L-irxoxt ta’ Ġesù mhuwiex att vjolenti li jimponi ruħu fuq ir-rieda tal-bnedmin” – L-Arċisqof

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi l-liturġija tal-Vġili tal-Għid.

  • Is-Sibt, 15 ta’ April 2017, fit-8:00 p.mm, l-Arċisqof mexxa l-liturġija tal-Vġili tal-Għid, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Matul din iċ-ċelebrazzjoni l-Arċisqof għammed tlett itrabi u tmien adulti.

  • Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq Youtube
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    15 ta’ April 2017

    “Inħasset theżżiża kbira għax niżel anġlu tal-Mulej mis-sema, u resaq igerbeb il-ġebla u qagħad bilqiegħda fuqha” (Mt 28, 2)…

  • Kompli aqra »

An Open Door to an Empty Tomb

Artiklu mill-Arċisqof Charles J. Scicluna ppublikat f'The Sunday Times of Malta f'Ħadd il-Għid

  • The first image that comes to mind on Easter Sunday, is that of an open door to an empty tomb. We are in a garden, very close to a small hill which was used as the execution venue for slaves and Jews. On that hill, a carpenter from Nazareth, a man by the name of Jesus, was crucified. There were with him two thieves…

  • Kompli aqra »