Arkivji mensili: April 2017

Caritas Malta dwar il-paga minima: Ċaqliq pożittiv, iżda dan in-nifs mhux biżżejjed

  • L-istqarrija ta’ Caritas Malta dwar il-ftehim taż-żieda fil-paga minima:   1. Ninnutaw b’sodisfazzjon li ntlaħaq patt soċjali bejn l-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku (MCESD), il-Partiti Politiċi u il-Gvern; dan juri kemm huwa importanti id-djalogu soċjali;   2. Dak li saħqet fuqu l-Caritas għal ħames snin sħaħ fl-aħħar sab l-appoġġ; inkluż mil-forzi xettiċi li permezz ta’ dan il-kunsens jaqblu li l-paga minima nazzjonali ma tiggarantixxix biżżejjed għal ħajja diċenti;   3…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof lill-awtoritajiet: “Mhux il-mument li ngergru imma li kulħadd jerfa’ r-responsabbiltà u jwettaqha mingħajr ma jħares lejn wiċċ ħadd”

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta' San Publiju

  • Il-Ħadd, 30 ta’ April 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Publiju, fil-Knisja Parrokkjali tal-Furjana.
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Festa San Publiju 30 ta’ April 2017   Il-poeta nazzjonali Dun Karm, fl-1933 kiteb sunett sabiħ bħalma kien iħobb jagħmel kull sena u bħalma għamel għal diversi snin…
  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Mejju 2017

  • It‑Tnejn l‑1 ta’ Mejju 2017, fl‑12:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa mat-tfal u ż-żgħażagħ miċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal-Virtù.

    Is‑Sibt 6 ta’ Mejju, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jikkonsagra l‑artal u l‑Knisja tal‑Iklin.

    Il-Ħadd 7 ta’ Mejju, f’12:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-iskola Sant’Agata, ir-Rabat, maż-żgħażagħ u l-youth leaders li ser jattendu għall-konferenza ‘Plexus’…

  • Kompli aqra »

Il-faqar dejjem magħkom

Messaġġ miktub minn Mons. Charles Cordina, Vigarju Episkopali għad-Djakonija, fl-okkażjoni ta' Jum il-Karità

  • Kemm ilu li l-Arċisqof afdali r-responsabiltà li nieħu ħsieb l-ħidmiet soċjali (Djakonija) li toffri l-Knisja f’Malta, inħoss li tgħallimt ħafna. Kont naf li hawn persuni fit-tbatija, dan ġarrabtu bħala saċerdot u kappillan meta qsamt man-nies il-ġrajjiet tagħhom. Imma qatt daqs illum, fejn kuljum, il-ħidma tiegħi tpoġġini propju qrib persuni li għaddejjin minn xi forma ta’ tbatija: mard, ansjetà, inkwiet, vizzji ta’ kull xorta, faqar, firda mill-għeżież, nies bla saqaf u bla pajjiż, b’diżabilità, vjolenza fid-dar, tfal u żgħażagħ u anzjani mingħajr ħadd minn jappoġġjahom, koppji miżżewġa f’diffikultà, prostituzzjoni, priġunerija, u tbatijiet oħrajn…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 30 ta’ April

  • San Luqa 24:13-35

    Dakinhar stess ġara li tnejn minnhom kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi sittin stadju bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kull ma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom. Imma għajnejhom kellhom xi jżommhom u ma setgħux jagħrfuh. U hu qalilhom: “X’intom tgħidu bejnietkom intom u miexja?” U huma waqfu, b’ħarsa ta’ niket fuq wiċċhom…

  • Kompli aqra »

Eġittu: Il-Kattoliċi u l-Kopti se jibdew jagħrfu l-Magħmudija ta’ xulxin

  • Ftehim komuni ffirmat mill‑Papa Franġisku u mill‑Patrijarka tal‑Kopti Tawadros II, jgħid li għall‑ewwel darba, il‑Kattoliċi u l‑Kopti se jagħrfu s‑Sagrament tal‑Magħmudija ta’ xulxin.

    Il‑kwistjoni tal‑Magħmudija Qbil ilha żmien twil sors kostanti ta’ tensjoni fid-djalogu bejn il‑Kopti u l‑Kattoliċi. Sa qabel ma’ ġie ffirmat dan il‑ftehim il‑ġdid, iż‑żewġ Knejjes kienu jinsistu li ssir it-tieni magħmudija għall-Insara li jikkonvertu minn Knisja għall-oħra…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ April

  • San Ġwann  6:16-21

    Xħin sar filgħaxija, id-dixxipli tiegħu niżlu ħdejn il-baħar, rikbu dgħajsa u ġibdu għax-xatt l-ieħor tal-baħar, lejn Kafarnahum. Kien ġa dalam, u Ġesù kien għadu ma ġiex jilħaqhom.

    Il-baħar kien qam sewwa, għax kien qiegħed jonfoħ riħ qawwi. Mela wara li kienu qadfu xi 25 jew 30 stadju, raw lil Ġesù miexi fuq il-baħar riesaq lejn id-dgħajsa, u beżgħu…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jibda l-vjaġġ appostoliku fl-Eġittu

  • Il-Papa Franġiksu ħalla l-ajruport ta’ Ruma biex jibda t-18-il vjaġġ appostoliku tiegħu fl-Eġittu.

    L-ajruplan mistenni jasal il-Kajr fis-sagħtejn ta’ waranofsinhar.  Waqt dan il-vjaġġ ta’ jumejn, il-Papa se jiltaqa’ mal-Patrijarka tal-Knisja Kopt-Ortodossa, Tawadros II, kif ukoll mal-Imam ta’ al-Azahar, Ahmed el-Tayeb.

    Matul iż-żjara pastorali, il-Papa se jiċċelebra quddiesa, jipparteċipa fil-Konferenza tal-Paċi, jiltaqa’ mal-membri tal-kleru, jħeġġeġ il-komunità żgħira ta’ Nsara fl-Eġittu biex ikomplu jkunu sodi fil-fidi tagħhom u anke jippromwovi d-djalogu bejn l-Iżlam u l-Kristjaneżmu…

  • Kompli aqra »

“Ħajjitna tkun sabiħa jekk tkun ħajja ta’ mħabba” – L-Arċisqof lill-istudenti ta’ Santa Monika

L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa mal-istudenti u staff tal-iskejjel ta' Santa Monika.

  • Nhar il-Ħamis, 27 ta’ April 2017, l-Arċisqof iċċelebra quddiesa lit-tfal u lill-istaff tat-tliet skejjel tas-sorijiet Agostinjani.  Il-quddiesa saret bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-venerabilità tal-fundatriċi tas-sorijiet, Suor Maria Teresa Spinelli. 
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Skola Santa Monika, Birkirkara

    27 ta’ April 2017

    Illum ltqajna biex ngħidu ‘grazzi’ lil Ġesù…

  • Kompli aqra »

Opportunità unika biex iżżur il-kunvent ta’ San Mark fir-Rabat

  • Mil-lum il-Ġimgħa 28 ta’ April sa nhar il-Ħadd 30 ta’ April, fil-kunvent tal-Agostinjani ta’ San Mark fir-Rabat se tkun għaddejja attività mhux tas-soltu.

    Wara 8 snin, il-patrijiet Agostinjani qed jerġgħu jistiednu lill-pubbliku sabiex iżur din il-ġawhra arkitettonika fir-Rabat.

    Kull min se jżur il-kunvent, mhux se japprezza biss is-sbuħija artistika tal-post, iżda japprezza wkoll il-ħajja komunitarja tar-reliġjużi Agostinjani, imsejsa fuq il-fidi u li ilhom għal aktar minn 600 sena jagħtu kontribut f’Malta…

  • Kompli aqra »