Arkivji mensili: Ġunju 2017

“Permezz tad-djakonija l-Knisja kontinwament tmidd idha l-leminija u tqajjem tant nies mill-miżerja” – L-Arċisqof

Quddiesa lejlet il-festa ta' San Pietru u San Pawl

  • Katidral tal-Imdina

    28 ta’ Ġunju 2017

    Dawn iż-żewġ appostli li tagħhom qegħdin niċċelebraw l-aqwa xhieda, il-martirju, irċevew kelma f’ħajjithom dwar it-tbatija li kellhom jgħaddu minnha. 

    Fl-Evanġelju li għadna kemm smajna, Ġesù jgħid lil Pietru: “Tassew, tassew ngħidlek, meta kont żagħżugħ kont titħażżem waħdek u tmur fejn trid, imma meta tixjieħ, inti tiftaħ idejk u ħaddieħor iħażżmek u jieħdok fejn ma tridx”…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Lulju 2017

  • Il-Ħadd 2 ta’ Lulju 2017, fil-11:00 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa tal-Manikata.

    Il‑Ħadd 9 ta’ Lulju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti
    l-pussess lil Fr Brian Gialanzè, bħala l-Kappillan il-ġdid tal-Kalkara.

    It-Tlieta 11 ta’ Lulju, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Solenni fil-Festa ta’ San Benedittu, fil-Monasteru ta’ Santa Skolastika, il-Birgu…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jiddiskuti 3 kelmiet ‘essenzjali għall-ħajja tal-appostlu’

  • Pope Francis celebrated Mass in St Peter’s Square on Thursday to celebrated the feast of Saints Peter and Paul highlighting the plight of persecuted Christians, the importance of prayer and confessing the faith.

    In a sunny St Peter’s Square on Thursday, Pope Francis was joined by new Cardinals and Metropolitan Archbishops created in the last year, as well as pilgrims and Romans alike, to celebrate the Solemnity of Saints Peter and Paul, Co-Patrons of the eternal city…

  • Kompli aqra »

Live: L-Ordinazzjoni ta’ 6 saċerdoti ġodda

  • Il-Ġimgħa, 30 ta’ Ġunju 2017, fis-6:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa li matulha jordna sitt saċerdoti ġodda, tliet djoċesani u tliet reliġjużi, fil‑Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

    Dawn huma (mix-xellug): Aaron Zahra, Ryan Lee Pace, Clive Camilleri, Mark Spiteri, Ramon Farrugia u Sinclair Bugeja.

  •  
    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  • Kompli aqra »

“Irridu nimxu fuq it-tagħlim li kien sa mill-bidu u mhux fuq il-moda ta’ din id-dinja” – L-Arċisqof

Quddiesa Pontifikali fil-festa ta' San Pietru u San Pawl

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Katidral tal-Imdina

    29 ta’ Ġunju 2017

    “Jiena ġa mxerred b’sagrifiċċju, u żmien it-tluq tiegħi wasal. Tqabbadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi. Mill-bqija hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja li biha f’dak il-jum iħallasni l-Mulej, l-Imħallef ġust, imma mhux lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu għexu bix-xewqa tad-dehra tiegħu” (2 Tim 4, 6-8)…

  • Kompli aqra »

Il-Birżebbuġin u l-Beltin ifakkru l-anniversarju mill-martirju ta’ San Pietru u San Pawl

  • Hekk kif illum il-Ħamis, niċċelebraw il-festa ta’ San Pietru u San Pawl, magħrufa bħala l-Imnarja, Birżebbuġa u l-Pawlini tal-Belt illum se jkunu qed jiċċelebraw il-1950 anniversarju mill-martirju tal-patruni tagħhom, b’żewġ purċissjonijiet fiż-żewġ lokalitajiet.

    Il-purċissjoni f’Birżebbuġa se toħroġ fid-9:00am bis-sehem tal-baned lokali u se ssir bl-hekk imsejħa l-istatwa ż-żgħira ta’ San Pietru, l-ewwel statwa titulari ta’ dan il-qaddis li kellha l-parroċċa minħabba li l-istatwa titulari preżenti bħalissa għaddejja minn proċes ta’ restawr li jkun lest f’Awwissu li ġej…

  • Kompli aqra »

Stqarrija mill-Kummissjoni għall-Ħarsien tat-Tfal u l-Adulti Vulnerabbli

  • B’referenza għas‑sentenza tal‑Qorti dwar il‑każ ta’ saċerdot mid‑Djoċesi ta’ Għawdex li ngħata sentenza ta’ ħabs sospiża, il‑Kummissjoni għall‑Ħarsien tat‑Tfal u l‑Adulti Vulnerabbli (Safeguarding Commission) tikkonferma li kien l‑Isqof ta’ Għawdex li rrapporta l‑allegazzjonijiet ta’ abbuż lill‑Pulizija, u li meta tressaq il‑każ quddiem ir‑Response Team f’Awwissu 2014, is‑saċerdot kien ġie sospiż mill‑ministeru saċerdotali tiegħu. Din is‑sospensjoni għadha fis‑seħħ sal‑lum.

    Il‑Kummissjoni għall‑Ħarsien tat‑Tfal u l‑Adulti Vulnerabbli tħeġġeġ lill‑pubbliku jikkuntattja lill‑Pulizija jew iċempel fuq is-Support Line 179, dwar kwalunkwe allegazzjoni ta’ abbuż…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa lejlet il-festa ta’ San Pietru u San Pawl

  • L-Erbgħa, 28 ta’ Ġunju 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi Translazzjoni Solenni fis-5:455 p.m., u fis‑6:00 p.m. jiċċelebra Quddiesa bl‑Ewwel Għasar, lejlet il‑festa ta’ San Pietru u San Pawl, fil‑Katidral tal‑Imdina.
  •  
    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Arċisqof fil-festa tat-twelid ta’ San Ġwann Battista

  • Nhar is-Sibt, 24 ta’ Ġunju 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

  •  
    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  •  
  •  
    L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Festa ta’ San Ġwann Battista, fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    24 ta’ Ġunju 2017

    “Mela x’għad ikun dan it-tifel?” (Lk 1, 66)…

  • Kompli aqra »