• Il-Ħadd 2 ta’ Lulju 2017, fil-11:00 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa tal-Manikata.

    Il‑Ħadd 9 ta’ Lulju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti
    l-pussess lil Fr Brian Gialanzè, bħala l-Kappillan il-ġdid tal-Kalkara.

    It-Tlieta 11 ta’ Lulju, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Solenni fil-Festa ta’ San Benedittu, fil-Monasteru ta’ Santa Skolastika, il-Birgu.

    L-Erbgħa 12 ta’ Lulju, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Pulizija. Fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa biex jitfakkar il-50 anniversarju tal-konsagrazzjoni tal-Knisja ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.

    Is‑Sibt 15 ta’ Lulju, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa, lejlet il-Festa ta’ San Ġużepp, fil-Parroċċa tal-Imsida.

    Il‑Ħadd 16 ta’ Lulju, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu, fis-Santwarju Bażilka tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta.

    Is-Sibt 29 ta’ Lulju, fis-7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa, lejlet il-Festa ta’ Sant’Anna, fil-Parroċċa ta’ Wied il-Għajn.

    It-Tnejn 31 ta’ Lulju, fis-7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof ibierek l-istatwa titulari ta’ San Pietru fi tmiem proġett ta’ restawr, fil-Parroċċa ta’ Birżebbuġa.