Arkivji mensili: Ġunju 2017

L-inawgurazzjoni tal-Maestro di Cappella tal-Katidral

  • c

    Is‑serata ta’ inawgurazzjoni tibda fis‑6:00 p.m. b’quddiesa ċċelebrata mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna. Wara l-Quddiesa jsir il‑kunċert mill‑Maestro di Cappella, b’repertorju li jikkonsisti f’siltiet ta’ mużika klassika mill‑kompożituri Johann Sebastian Bach, Felix Mendelssohn, Gabriel Pierne u Julius Reubke.

    Il-Maestro Hamish Dustagheer, pjanista u organista, twieled fl‑1992 u studja fir‑Royal College of Music ta’ Londra. Fl‑2016, Dustagheer temm b’suċċess kors post‑graduate mill‑Università ta’ Oxford, fejn gradwa b’Master fil‑Filosofija fil‑Mużika minn New College…

  • Kompli aqra »

Il-bank tal-Vatikan jippubblika r-rapport finanzjarju annwali

  • Il-bank tal-Vatikan ippubblika r-rapport finanzjarju għas-sena 2016, u rriżulta li għamel qligħ nett ta’ €36 miljun.

    Din iċ-ċifra hi aktar mid-doppju tas-sena 2015, meta l-bank kien għamel qligħ ta’ €16-il miljun.  Stqarrija maħruġa lbieraħ mill-Bank stess tgħid li “l-investimenti tal-bank tal-Vatikan ġew amministrati b’kawtela u dan fid-dawl li s-sena 2016 kienet sena kkaratterizzata minn inċertezza politika internazzjonali, votalità għolja u ratti baxxi ta’ interessi.”

    Matul l-2016, il-bank tal-Vatikan qeda madwar 15,000 klijent minn madwar id-dinja kollha, li bejniethom, fdaw lill-Bank mal-€5.7 biljun f’assi…

  • Kompli aqra »

Caritas tqassam l-ikel lill-Musulmani fil-bżonn tul ir-Ramadan

  • Il-fergħa tal-Caritas fil-Ġordan ħadet ħsieb tqassam l-ikel lil familji Musulmani l-aktar fil-bżonn fl-aktar żoni foqra tad-distrett ta’ Naur, li tinsab fil-Punent tal-belt ta’ Amman.

    Dan il-programm ta’ tqassim ta’ ikel sar flimkien mal-parroċċa lokali Kattolika Latina, intlaqat tajjeb ħafna kemm mill-komunitajiet Kattoliċi kif ukoll mill-Musulmani.Waqt it-tnedija kien hemm diversi nies li tkellmu, fosthom Fr Rifat Bader, promotur tal-Ċentru Kattoliku għall-Istudji tal-Midja. 

    Din is-sena, Caritas Ġordan qed tiċċelebra l-50 sena anniversarju mit-twaqqif u l-ħidma tagħha fil-Ġordan…

  • Kompli aqra »

Jintemm l-Aġġornament tal-Kleru 2017

  • Mal-200 membru tal-Kleru (kemm djoċesani kif ukoll reliġjużi) attendew għal tliet ijiem ta’ taħriġ, hekk imsejjaħ Aġġornament Teoloġiku-Pastorali, bħala parti mill-continuous professional development tal-qassis.

    It-tema li ntagħżlet għal din is-sena hi: Lejn dixxerniment, akkumpanjament u integrazzjoni: x’jgħinna nipprattikawhom?

    Fid-dawl tal-Eżortazzjoni Apostolika Amoris Laetitia li kiteb il-Papa Franġisku, l-għan prinċipali ta’ dawn it-tliet ijiem kien li s-saċerdoti jkomplu jiżviluppaw l-atteġġjamenti u jsaħħu l-ħiliet neċessarji sabiex jakkumpanjaw il-koppji fid-dinja tal-lum. 

    Fl-ewwel ġurnata ta’ taħriġ, Dun Anton Teuma indika l-atteġġjamenti neċessarji sabiex il-qassis ikun jista’ jgħin il-koppji fit-tfittxija tagħhom ta’ Alla u tat-tajjeb…

  • Kompli aqra »

Taħdita pubblika fuq Patri Avertan Fenech

  • Nhar l-Erbgħa li ġej, fl-4pm, se ssir taħdita fuq il-patri Karmelitan Avertan Fenech minn Dr Pauline Dimech.

    L-attività se ssir fil-boardroom tal-Fakultà tat-Teoloġija, kamra 317, u qed issir b’kollaborazzjoni mal-Ordni Karmelitana.

    Il-Knisja f’Malta tat bidu għall-kawża tal-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni ta’ Patri Avertan Fenech wara li l-Arcisqof Charles J. Scicluna laqa’ t-talba tal-postulatriċi generali Dr Giovanna Brizi biex jitwaqqaf tribunal għal dan il-għan…

  • Kompli aqra »

“Dan hu l-ħoss tas-silenzju, il-ħoss tat-talb” – L-Arċisqof

Il-messaġġ tal-Arċisqof waqt il-kunċert ta' mużika sagra mill-Cappella Musicale Pontificia Sistina

  • Message by Archbishop Charles J. Scicluna
  • St John’s Co-Cathedral, Valletta

    9th June 2017

    An expression that sums up our experience tonight is a phrase that came to mind repeatedly: this is the sound of silence, this is the sound of prayer. As we listen to this music we enter into an inner spiritual peace which is that solemn  ground where we meet the Lord, it is a sacred ground…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-adolexxenti tal-iskola San Anton li għamlu l-Griżma

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Chaplaincy tal-Università, Tal-Qroqq

    11 ta’ Ġunju 2017

    Let’s start with the Maltese phrase: “Griżma tal-Isqof”. What is “Griżma”? “Griżma” means “chrism”; it is the blessed oil that I consecrated as your Bishop on Maundy Thursday, the Thursday in Holy Week when the Church remembers the gift of the Spirit that moved Jesus, and is the Spirit of Jesus…

  • Kompli aqra »

Università f’Ruma se toffri kors dwar kif għandhom jitmexxew il-parroċċi

  • Managing money, combatting corruption, planning a budget and guaranteeing transparency in all financial transactions. These important skills will be at the heart of a new programme on Church management to be launched next spring at the Pontifical Holy Cross University in Rome.

    Designed to give priests, religious and lay people the skills to be better stewards of the Church’s resources, the course has been put together in partnership with a group of American Catholic universities and leadership training institutes…

  • Kompli aqra »

L-Isqof ta’ Aleppo: “L-inizjattiva ‘Minuta għall-Paċi’ tfakkarna li kulħadd jista’ jibni l-paċi fid-dinja”

  • Irġiel u nisa ta’ rieda ta’ tajba minn madwar id-dinja kollha, illum il-Ħamis wieġbu għax-xewqa u l-gaħjta tal-Papa Franġisku biex jingħaqdu fit-talb u jipparteċipaw fl-inizjattiva “Minuta għall-Paċi”.

    L-appell tal-Papa għat-talb fuq livell internazzjonali sar nhar l-Erbgħa, waqt l-Udjenza Ġenerali, meta semma li din l-inizjattiva tirrappreżenta wkoll il-laqgħa li kienet saret fil-Vatikan bejn il-Papa, il-President Iżraeljan Shimon Peres u l-President Palestinjan Mahmoud Abbas…

  • Kompli aqra »

Twelid mill-ġdid bil-maħfra, l-għaqda u d-diversità

  • Fil-messaġġ tiegħu tal-Għid il-Ħamsin, il-Papa Franġisku saħaq li l-Knisja Kattolika qed tħabbat wiċċha ma’ żewġ tentazzjonijiet: “tfittex id-diversità mingħajr l-għaqda” u “tfittex l-għaqda mingħajr id-diversità.”

    Il-Papa fakkar li dawn it-tentazzjonijiet imorru kontra l-Ispirtu ta’ Kristu Rxoxt, li f’Pentekoste għaqqad lid-dixxipli tiegħu billi tahom don differenti u bdew jitkellmu b’ilsna oħra (ara Atti 2,3-4).

    Semma l-periklu li jeżisti meta nimxu minn estrem għal ieħor, u qal li dawk li jwarrbu d-diversità jkunu qed iċaħħdu l-libertà u dawk li jinsew l-għaqda jkunu qed ikissru d-djalogu…

  • Kompli aqra »