Arkivji mensili: Ġunju 2017

Live: Il-Quddiesa tal-Ftuħ tat-Tlettax-il Parlament

  • Is-Sibt, 24 ta’ Ġunju, fid-9:00 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa tal-Ispirtu s-Santu fl-okkażjoni tal-ftuħ tat-Tlettax-il Parlament Malti minn żmien l-Indipendenza ‘l hawn.   Il-Quddiesa ser issir fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta u għaliha huma mistiedna l-awtoritajiet għolja tal-pajjiż.
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Ġunju

  • It-Twelid ta’ San Ġwann Battista – Solennità

    San Luqa 1:57-66.80

    Eliżabetta għalqilha ż-żmien li teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha.

    Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel, riedu jsemmuh Żakkarija, għal missieru; imma qabżet ommu u qalet: “Le, imma Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!” Imbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb…

  • Kompli aqra »

Il-popolazzjoni dinjija mistennija tilħaq kważi l-10 biljun ruħ sal-2050 – Nazzjonijiet Magħquda

  • The population of India, which currently ranks as the world’s 2nd most populous country with 1.3 billion inhabitants, is expected to surpass China’s 1.4 billion by 2024; and Nigeria, which ranks 7th, is expected to replace the United States as the 3rd most populous country by 2050,according to a new report by the United Nations published on Wednesday. 

    The current world population of nearly 7.6 billion will increase to 8.6 billion by 2030, 9.8 billion in 2050 and 11.2 billion in 2100, said the report titled, “World Population Prospects: The 2017 Revision.” Published by the Department of Economic and Social Affairs’ Population Division, the study said the growth will be spurred by the relatively high levels of fertility in developingcountries – despite an overall drop in the number of children people have around the globe.  Roughly 83 million people are added to the world’s population every year and the upward trend is expected to continue even with a continuing decline in fertility rates, which have fallen steadily since the 1960s…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Ġunju

  • Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù – Solennità

    San Mattew 11:25-30 

    F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.

    Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu…

  • Kompli aqra »

Seba’ djakni ġodda

  • Seba’ żgħażagħ ser jiġu ordnati djakni mill-Arċisqof Charles J. Scicluna nhar it-Tnejn 26 ta’ Ġunju 2017, fil‑Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6:30 p.m.

    Is-seba’ żgħażagħ li ser jiġu ordnati djakni, żewġ seminaristi djoċesani u ħames studenti reliġjużi, huma:

    • Rev. Alan Joseph Adami tal-Ordni tal-Predikaturi,
    • Rev. Jethro Bajada tal-Ordni ta-Aħwa Minuri Kapuċċini,
    • Rev…
  • Kompli aqra »

President ġdid għall-Akkademja Pontifiċja tax-Xjenzi

  • Il-Papa Franġisku ħatar lill-Professur Joachim von Braun bħala l-president il-ġdid tal-Akkademja Pontifiċja tax-Xjenzi.

    Il-Professur von Braun hu Professur fl-Ekonomija u l-Bidla Teknoloġika kif ukoll direttur taċ-Ċentru tar-Riċerka fl-Università ta’ Bonn, il-Ġermanja.

    L-għan tiegħu hu li l-Akkademja tfittex soluzzjonijiet għall-inugwaljanza u l-qerda tal-ambjent. 

    Il-Professur von Braun qal li r-rwol tal-Akkademja hu uniku fid-dinja tax-xjenza għaliex hi “akkademja globali” u mhi affiljata ma’ ebda pajjiż speċifiku…

  • Kompli aqra »

L-Istat Iżlamiku jeqred moskea antika 840 sena fl-Iraq

  • L-Istat Iżlamiku qered il-moskea l-antika ta’ al’Nuri f’Mosul fl-Iraq, wirt storiku ieħor fil-pajjiż. Il-moskea hi popolari għat-torri mxengel tagħha.

    Skont il-Ministru Iraqi tad-Difiża, l-Erbgħa filgħaxija, membri tal-grupp terroristiku daħlu fil-moska u poġġew għadd ta’ splussiv.

    Kmieni l-Ħamis filgħodu, fuq Twitter, il-Prim Ministru Iraqi qal li dan l-attakk hu ammissjoni tal-grupp Iżlamiku li qed jitlef il-ġlieda fit-tieni l-akbar belt fl-Iraq…

  • Kompli aqra »

“Irridu nitolbu maħfra ta’ kemm-il darba l-ewwel ħarisna lejn il-but imbagħad ħarisna lejn il-kuxjenza” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta' San Filep ta' Aġira f'Ħaż-Żebbuġ

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Parroċċa San Filep, Ħaż-Żebbuġ

    16 ta’ Ġunju 2017

    Fit-tielet jum tat-Tridu l-parroċċa ta’ Ħaż-Zebbuġ tħares lejn San Filep u tammira u tirringrazzja lil Alla tal-ministeru tiegħu bħala saċerdot.

    Is-silta li għadna kemm smajna, pjuttost twila, mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, kapitlu 17, tagħtina l-kuntest fejn il-Mulej, jiġifieri l-mument fejn il-Mulej Ġesù jwaqqaf is-saċerdozju…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Ġunju

  • San Mattew 6:7-15 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom. 

    Mela itolbu hekk: Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum. Aħfrilna dnubietna, bħalma naħfru lil min hu ħati għalina. U la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. 

    Għax jekk intom taħfru lill-bnedmin il-ħtijiet tagħhom, Missierkom li hu fis-smewwiet jaħfer lilkom ukoll…

  • Kompli aqra »

The Mummy

  • ****

    Direttur:          Alex Kurtzman

    Atturi:              Tom Cruise, Annabelle Wallis, Sofia Boutella, Jake Johnson, Courtney B. Vance u Russell Crowe

    Ħin tal-Film:    107 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      15

    Il-Principessa Ahmanet kienet tinsab l-ewwel post li tired lil missierha Menhptre u hekk issir il-Faragħuna fis-saltna antika ġewwa l-Eġittu…

  • Kompli aqra »