Arkivji mensili: Awwissu 2017

L-abbatini Maltin fil-Vatikan jiltaqgħu mal-Papa Franġisku

  • Grupp ta’ abbatini Maltin u Għawdxin bħalissa qed ikomplu tradizzjoni li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar 53 sena, hekk kif jinsabu fil-Vatikan biex jaqdu fil-liturġija tal-Bażilka San Pietru.

    B’sorpriża kbira, l-abbatini ltaqgħu mal-Papa Franġisku wara l-Anġelus tal-Ħadd, fejn sellmilhom wieħed wieħed, irringrazzjahom tas-servizz u ħa ritratt magħhom kollha.

    Flimkien mal-abbatini hemm Mons. Frans Bonnici, li hu d-Direttur tal-Għaqda Nazzjonali tal-Abbatini, Dun Mark Ellul u s-seminarista Matthew Bajada…

  • Kompli aqra »

Rapport Finanzjarju 2016 tal-Arċidjoċesi ta’ Malta: Is-surplus jingħata lura f’sussidji lill-entitajiet ta’ ħidma soċjali

  • Fl‑2016 il‑Kurja tal‑Arċisqof irreġistrat surplus ta’ €752,000 li tqassam f’sussidji lil diversi entitajiet tal‑Knisja li jwettqu ħidma soċjali u ta’ karità.

    Waqt il‑preżentazzjoni tar‑rapport finanzjarju tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta għas‑sena 2016, is‑Segretarju Amministrattiv, Michael Pace Ross, qal li permezz tas‑surplus il‑Knisja tista’ tkompli bl‑operat pastorali tagħha mat‑tfal, iż‑żgħażagħ, il‑familji, l‑anzjani, il‑persuni b’diżabilità, u dawk li huma fil‑bżonn…

  • Kompli aqra »

“Nitolbu għal min lill-Knisja jridha marbuta bil-ktajjen tas-silenzju għaliex dak li tgħid ma jogħġbux” – L-Arċisqof

Quddiesa fl-għeluq l-1950 anniversarju mill-martirju ta’ San Pietru Appostlu

  •  
    L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa

    2 ta’ Awwissu 2017

    “Int Xmun bin Ġwanni”. Fl-Evanġelju ta’ San Ġwann din l-espressjoni ta’ Ġesù nsibuha fil-bidu ta’ dan l-episodju li għadna kemm smajna u li qara Fr John Berry, u lejn l-aħħar tal-Evanġelju meta Ġesù jgħid lil Pietru, “Xmun, Bin Ġwanni, tħobbni inti?” (Ġw 21, 15)…

  • Kompli aqra »

Il-Kardinal Tettamanzi jmut ta’ 83 sena

  • Il-Kardinal Dionigi għadda għall-ħajja ta’ dejjem, is-Sibt 5 ta’ Awwissu, fl-età ta’ 83 sena u wara ġlieda twila mal-mard.

    Hu serva bħala Arċisqof ta’ Milan mill-2002 sal-2011.

    Twieled fil-belt ta’ Renate, fit-tramuntana tal-Italja, fl-14 ta’ Marzu 1934, u daħal is-Seminarju ta’ Venegono Inferiore u ġie ordnat saċerdot fl-Arċidjoċesi ta’ Milan fl-1957.

    Kiseb id-Dottorat fit-Teoloġija Sagra mill-Università Pontifiċja Gregorjana ta’ Ruma…

  • Kompli aqra »

Ritratti: In-Nunzju Appostoliku jasal Malta

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech, Mons. Joe Galea Curmi u Mons. Simon Sanchez jilqgħu lill-E.T. l-Arċisqof Alessandro D’Errico, in-Nunzju Appostoliku l-ġdid, mal-wasla tiegħu lbieraħ, il-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu 2017, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. 

    Mons. Alessandro D’Errico twieled f’Frattamaggiore f’Napli l‑Italja, fit‑18 ta’ Novembru 1950. Ġie ordnat saċerdot fl‑24 ta’ Marzu 1974 u ħadem fid‑Djoċesi ta’ Aversa. Għandu Dottorat fil‑Filosofija…

  • Kompli aqra »

Girls Trip

  • ***

    Direttur:          Malcolm D. Lee

    Atturi:              Regina Hall,  Jada Pinkett Smith, Tiffany Haddish, Queen Latifah, Larenz Tate, Mike Colter, Kofi Siriboe u Kate Walsh

    Ħin tal-Film:    122 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                  15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       18

    Erba’ nisa huma ħbieb kbar ta’ xulxin minn meta kienu għadhom il-kulleġġ flimkien…

  • Kompli aqra »

The Emoji Movie

  • ****

    Direttur:         Tony Leondis

    Ilħna:               T.J. Miller, James Corden, Anna Faris, Maya Rudolph, Steven Wright, Jennifer Coolidge, Christina Aguilera u Patrick Stewart

    Ħin tal-Film:    86 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:      U

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:           U

    Gene, emoji jgħix f’Textopolis, belt diġitali fit-telefon ta’ Alex, tifel li kien jammira ħafna tifla fl-iskola fejn kien imur…

  • Kompli aqra »

The Big Sick

  • ****

    Direttur:               Michael Showalter

    Atturi:                   Kumail Nanjiani, Zoe Kazan, Holly Hunter, Ray Romano, Adeel Akhtar, Anupam Kher,

    Zenobia Shroff  u Bo Burnham

    Ħin tal-Film:        124 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                         12

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                              15

    Kumail hu emigrant mill-Pakistan minn ċkunitu…

  • Kompli aqra »

L-ewtanasja hi responsabbli ta’ 4.5% tal-imwiet fl-Olanda

  • Euthanasia has become a common way to die in the Netherlands, accounting for 4.5 percent of deaths, according to researchers who say requests are increasing from people who are not terminally ill.

    In 2002, the Netherlands became the first country in the world that made it legal for doctors to help people die. Both euthanasia, where doctors actively kill patients, and assisted suicide, where physicians prescribe patients a lethal dose of drugs, are allowed…

  • Kompli aqra »

Imnedija l-ewwel fażi tal-proġett ta’ multimedia fil-Katidral, il-Mużew u l-Arkivju tal-Imdina

  • Fil-bidu ta’ din is-sena, il-Kapitlu Metropolitan tal-Imdina nieda programm ta’ mmodernizzar għal Katidral tal-Imdina, il-Mużew tal-Katidral u l-Arkivju, mifrux fuq medda ta’ snin.  Dan il-proġett huwa maħsub sabiex il-patrimonju nazzjonali li wieħed jsib fil-Katidral, fil-Mużew u fl-Arkivji, mhux biss jiġi ppriservat bl-aqwa mod, imma jsir aktar aċċessibli għall-pubbliku. Il-proġett ikompli jsawwar il-prodott turistiku Malti billi joffri  esperjenza aqwa lill-viżitaturi ta’ dawn  it-tliet ġojjelli uniċi fl-Imdina…

  • Kompli aqra »