Arkivji mensili: Awwissu 2017

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna waqqaf mill‑ġdid il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, u ħatar lill‑Perit Daniel Darmanin bħala President tal‑Kummissjoni għall‑perjodu ta’ tliet snin.

    Il‑Perit Darmanin, li għandu 33 sena, studja fl‑Università ta’ Malta u kompla l‑istudju tiegħu fl‑Università ta’ Loyola, Chicago, l‑Istati Uniti, fejn kiseb Masters fil‑Ġustizzja Soċjali u l‑Iżvilupp tal‑Komunità.

    Il‑Membri tal‑Kummissjoni jinkludu lis‑Sur Walance Buttigieg Scicluna, Dr Katrine Camilleri, Fr Mark Cachia SJ, Dr John Paul Cauchi, is‑Sinj…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Awwissu

  • San Mattew 24:42-51 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom. Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf f’liema sahra tal-lejl se jiġi l-ħalliel, kien jishar u ma jħallix min jinfidlu l-ħitan ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem…

  • Kompli aqra »

Messaġġ mill-Arċisqof lill-Kardinal DiNardo b’solidarjetà mar-residenti ta’ Texas fl-Istati Uniti

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna bagħat messaġġ lill-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Daniel Nicholas DiNardo, Arċisqof tal-Arċidjocesi ta’ Galveston-Houston u President tal-Konferenza Episkopali tal-Istati Uniti, b’solidarjetà miegħu u mal-poplu ta’ Houston fl-Istat ta’ Texas. Dan wara li l-urugan Harvey qed joħloq ħerba fost ir-residenti tat-tieni l-akbar stat tal-Istati Uniti. L-Arċisqof Scicluna wiegħed lill-Kardinal DiNardo it-talb tiegħu u tal-poplu Nisrani f’Malta.    

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Awwissu

  • San Mattew 23:27-32 

    F’dak iż-żmien, Ġesù waqt li kien qed jitkellem qal: “Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Qiskom oqbra mbajda: minn barra jidhru sbieħ, u minn ġewwa mimlija għadam tal-mejtin u kull xorta ta’ ħmieġ! Hekk intom; minn barra tidhru tassew ġusti quddiem il-bnedmin, waqt li minn ġewwa kollkom ipokrisija u ħażen!

    Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! …

  • Kompli aqra »

Ix-Xahar tal-Ħolqien 2017

L-attivitajiet qed jiġu organizzati mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent u Nature Trust Malta

  • Bejn l‑1 ta’ Settembru u l‑4 ta’ Ottubru li ġej, f’Malta u Għawdex ser jitfakkar ‘Ix‑Xahar tal‑Ħolqien fil‑Ħsieb Nisrani’ għas‑sena 2017. It‑tnedija ser issir nhar is‑Sibt 2 ta’ Settembru, mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, waqt Quddiesa Solenni fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fis‑6:00 p.m. Dan wara li nhar il‑Ġimgħa l‑1 ta’ Settembru, fil‑knejjes ta’ Malta u Għawdex, ikun sar talb għall‑kura tal‑ħolqien.

    Dan iż‑żmien speċjali jagħlaq il‑Ħadd l‑1 ta’ Ottubru, b’Quddiesa Solenni ċċelebrata mill-Isqof Mario Grech, fil‑Knisja tal‑Patrijiet Konventwali, Triq ir‑Repubblika, il‑Belt Valletta, fl‑10:30 a.m…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Awwissu

  • Il-Martirju ta’ Ġwanni l-Battista

    San Mark 6:17-29 

    F’dak iż-żmien: Erodi bagħat jarresta ’l Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba f’Erodja, mart ħuħ Filippu, billi kien iżżewwiġha hu. Għax Ġwanni lil Erodi kien jgħidlu: “Ma tistax iżżommha int il-mara ta’ ħuk.” Għalhekk Erodja saret tobogħdu u kienet trid toqtlu, imma ma kinitx tista’, għax Erodi, li kien jaf x’raġel tajjeb u qaddis kien Ġwanni, kien jibża minnu: u kien iħarsu mill-għawġ, u kien iħobb joqgħod jisimgħu, għad li kien jibqa’ mħasseb ħafna wara li jisimgħu…

  • Kompli aqra »

Il-Vatikan iħabbar li l-Papa ser iżur il-Myanmar u l-Bangladesh

It-tħabbira uffiċjali saret illum mid-Direttur tas-Sala Stampa tas-Santa Sede Greg Burke

  • Welcoming the invitation of the respective heads of state and bishops, His Holiness Pope Francis will make an Apostolic Visit to Myanmar from 27 to 30 November 2017, visiting the cities of Yangon and Nay Pyi Taw, and to Bangladesh from 30 November to 2 December 2017, visiting the city of Dhaka. The programme for the Visit will be published shortly.

  • Kompli aqra »

Everything, Everything

  • Direttur:          Stella Meghie

    Atturi:              Amandla Stenberg, Nick Robinson, Anika Noni Rose,  Ana de la Reguera u Taylor Hickson

    Ħin tal-film:    96 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                  12A                 

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       12

    Maddy, tfajla ta’ tmintax-il sena, kienet tbati minn marda SCID, marda kiefra li ma tħallihiex toħroġ barra u titħallat ma’ oħrajn…

  • Kompli aqra »

Rough Night

  • ***

    Direttur:          Lucia Aniello

    Atturi:              Scarlett Johansson, Kate McKinnon, Jillian Bell, Ilana Glazer, Zoe Kravitz, Paul W.Downs, Demi Moore u Ty Burrell

    Ħin tal-Film:    101 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                  15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       18

    Fl-2006, erba’ tfajliet studenti, Jess, Alice, Frankie u Blair isiru tassew ħbieb tal-qalb meta kienu jistudjaw flimkien ġewwa l-Kulleġġ…

  • Kompli aqra »

The Hitman’s Bodyguard

  • ****

    Direttur:          Patrick Hughes

    Atturi:              Ryan Reynolds, Samuel L. Jackson, Gary Oldman, Salma Hayek, Elodie Yung, Joaquim de Almeida, Kirsty Mitchel u Richard E. Grant

    Ħin tal-Film:    118 min

    Maħruġ minn KRS  Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                  15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       18

    Michael Bryce, aġent speċjali, jingħata nkarigu importanti ħafna li jipproteġi lil Darius Kincaid, hitman magħruf…

  • Kompli aqra »