Arkivji mensili: Awwissu 2017

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Awwissu

  •   Festa – Santa Tereża Benedetta tas-Salib  

    San Mattew 25:1-13

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet issir tixbah lil għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ u ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ, iżda wkoll iż-żejt fil-kwies…

  • Kompli aqra »

7 seminaristi jidħlu ġo bar … u jiġri dak li ma stennewx

  • There’s nothing quite like heading to your local bar to unwind, catch up with friends, or in the case of seven seminarians, toast the ordination of their colleague, Fr. Peter McLaren. Upon entering The City Arms, which happens to be a favorite of Cardiff, Wales, Archbishop George Stack, the religious students were stunned when they were asked to leave.

    The bar staff thought the seminarians — who were all dressed in their clerical clothing — were part of a stag party…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jibgħat il-kondoljanzi għall-attakk fi knisja fin-Niġerja

  • It-Tnejn, il-Papa Franġisku bagħat messaġġ ta’ kondolkanzi wara l-attakk fil-knisja li tinsab fix-Xlokk tan-Niġerja.

    F’dan l-attakk inqatlu minn tal-inqas 11-il pesuna u weġġgħu 18 oħra. L-attakk ġara wara li nies armati fetħu n-nar fuq il-fidili li l-Ħadd kienu miġbura fil-knisja ta’ San Filep f’ Ozubulu, viċin il-belt ta’ Onitsha.


    Hawn taħt tista’ taqra l-messaġġ mibgħut lid-Djoċesi ta’ Nnewi fin-Niġerja…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Awwissu

  • San Mattew 15:1-2.10-14

    F’dak iż-żmien, xi Fariżej u kittieba minn Ġerusalemm resqu fuq Ġesù u qalulu: “Dan l-għala d-dixxipli tiegħek jiksru t-tradizzjonijiet ta’ missirijietna? Għax huma ma jaħslux idejhom qabel ma jieklu!”.

    Imbagħad sejjaħ lill-folla lejh u qalilhom: “Isimgħuni u ifhmuni! Mhux dak li jidħol mill-fomm itebba’ lill-bniedem, imma dak li joħroġ mill-fomm, dan hu li jtebba’ lill-bniedem!”…

  • Kompli aqra »

L-abbatini Maltin fil-Vatikan jiltaqgħu mal-Papa Franġisku

  • Grupp ta’ abbatini Maltin u Għawdxin bħalissa qed ikomplu tradizzjoni li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar 53 sena, hekk kif jinsabu fil-Vatikan biex jaqdu fil-liturġija tal-Bażilka San Pietru.

    B’sorpriża kbira, l-abbatini ltaqgħu mal-Papa Franġisku wara l-Anġelus tal-Ħadd, fejn sellmilhom wieħed wieħed, irringrazzjahom tas-servizz u ħa ritratt magħhom kollha.

    Flimkien mal-abbatini hemm Mons. Frans Bonnici, li hu d-Direttur tal-Għaqda Nazzjonali tal-Abbatini, Dun Mark Ellul u s-seminarista Matthew Bajada…

  • Kompli aqra »

Rapport Finanzjarju 2016 tal-Arċidjoċesi ta’ Malta: Is-surplus jingħata lura f’sussidji lill-entitajiet ta’ ħidma soċjali

  • Fl‑2016 il‑Kurja tal‑Arċisqof irreġistrat surplus ta’ €752,000 li tqassam f’sussidji lil diversi entitajiet tal‑Knisja li jwettqu ħidma soċjali u ta’ karità.

    Waqt il‑preżentazzjoni tar‑rapport finanzjarju tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta għas‑sena 2016, is‑Segretarju Amministrattiv, Michael Pace Ross, qal li permezz tas‑surplus il‑Knisja tista’ tkompli bl‑operat pastorali tagħha mat‑tfal, iż‑żgħażagħ, il‑familji, l‑anzjani, il‑persuni b’diżabilità, u dawk li huma fil‑bżonn…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Awwissu

  • San Mattew 14:22-36

    Wara li l-folla kielet, Ġesù minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu.

    Id-dgħajsa kienet diġà f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom. Fir-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar…

  • Kompli aqra »

“Nitolbu għal min lill-Knisja jridha marbuta bil-ktajjen tas-silenzju għaliex dak li tgħid ma jogħġbux” – L-Arċisqof

Quddiesa fl-għeluq l-1950 anniversarju mill-martirju ta’ San Pietru Appostlu

  •  
    L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa

    2 ta’ Awwissu 2017

    “Int Xmun bin Ġwanni”. Fl-Evanġelju ta’ San Ġwann din l-espressjoni ta’ Ġesù nsibuha fil-bidu ta’ dan l-episodju li għadna kemm smajna u li qara Fr John Berry, u lejn l-aħħar tal-Evanġelju meta Ġesù jgħid lil Pietru, “Xmun, Bin Ġwanni, tħobbni inti?” (Ġw 21, 15)…

  • Kompli aqra »

Il-Kardinal Tettamanzi jmut ta’ 83 sena

  • Il-Kardinal Dionigi għadda għall-ħajja ta’ dejjem, is-Sibt 5 ta’ Awwissu, fl-età ta’ 83 sena u wara ġlieda twila mal-mard.

    Hu serva bħala Arċisqof ta’ Milan mill-2002 sal-2011.

    Twieled fil-belt ta’ Renate, fit-tramuntana tal-Italja, fl-14 ta’ Marzu 1934, u daħal is-Seminarju ta’ Venegono Inferiore u ġie ordnat saċerdot fl-Arċidjoċesi ta’ Milan fl-1957.

    Kiseb id-Dottorat fit-Teoloġija Sagra mill-Università Pontifiċja Gregorjana ta’ Ruma…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 6 ta’ Awwissu

  • Festa – It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej

    San Mattew 17:1-9 

    Sitt ijiem wara, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u ’l Ġakbu u ’l ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl. U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu.

    Qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Mulej, kemm hu sew li aħna hawn! …

  • Kompli aqra »