Arkivji mensili: Settembru 2017

“L-Ewropa qed issofri mill-ġdid minn sentiment ta’ nazzjonaliżmu sfrenat” – L-Arċisqof fil-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija

Quddiesa Pontifikali fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann

    8 ta’ Settembru 2017

    “Aħna nafu li ma’ dawk li jħobbuh, Alla f’kollox jaħdem id f’id magħhom għall-ġid ma’ dawk li huma msejħin skont il-providenza tiegħu” (ara Rum 8, 28). Dan l-ewwel vers mill-Qari li llum smajna mill-Ittra tal Appostlu Missierna San Pawl, kapitlu 8, hemm dawn il-verbi importanti ħafna u li jfissru ħafna fil-festa tal-lum, it-twelid tal-Verġni Mbierka: l-imħabba, il-ħidma għall-ġid, is-sejħa u l-providenza tal-Mulej…

  • Kompli aqra »

Ma nistgħux ninsew l-assedji li qed iħabbtuna llum: id-droga u l-prostituzzjoni – L-Arċisqof lejlet il-festa tal-Bambina fl-Isla

Quddiesa Pontifikali lejlet il-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija, fil-Bażilika tal-Isla.

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Bażilika Kolleġġjata ta’ Marija Bambina, l-Isla

    7 ta’ Settembru 2017

    Qegħdin infakkru t-twelid ta’ mara. Ħadt pjaċir nisma’ r-rapport tad-diskors li l-Pro-Rettur tal-Università, Carmen Sammut, għamlet fl-okkażjoni ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet tat-8 ta’ Settembru, ta’ Jum il-Vitorja, tal-Bambina, fejn appellat biex is-soċjetà tagħna tiżviluppa u tikber fl-għarfien ta’ rwol importanti tal-mara, u bħalma hija wkoll ix-xewqa tal-Gvern tar-Repubblika, in-nisa jkollhom sehem akbar fil-ħajja tal-pajjiż u fit-tmexxija tal-istituzzjonijiet tagħna…

  • Kompli aqra »

“L-ulied jibqgħu dejjem don, la dritt u lanqas xi ħaġa li tixtriha bil-flus” – L-Arċisqof fin-Naxxar

Quddiesa fin-Novena tal-festa ta’ Marija Bambina fil-Knisja tan-Naxxar

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

    Knisja Arċipretali tan-Naxxar

    6 ta’ Settembru 2017  

    Fuq il-kwadru titulari ta’ din il-parroċċa antika, arċipretali, hemm dawn il-kelmiet bil-Latin: quasi aurora consurgens. Dawn ifakkruna li fl-innijiet l-iżjed antiki li jiċċelebraw it-twelid ta’ Omm il-Feddej, din il-festa antika ħafna kienet bħas-sebħ li jagħti lill-Insara s-sinjal li dalwaqt jaraw ix-xemx tiela…

  • Kompli aqra »

Madre Tereża se tiġi ddikjarata ko-patruna tal-Arċidjoċesi ta’ Kalkutta

  • As the first anniversary of the sainthood of Mother Teresa of Kolkata was marked on Monday, the Archdiocese of Calcutta, in eastern India, is set to declare her as its co-patron.  “On 6 September we will have at 5.30 pm a Holy Mass in the Cathedral (of the Most Holy Rosary) and the Archbishop is going to declare Mother Teresa as co-patroness of the Archdiocese,” IANS reported Sister Prema, Superior-General of the Missionaries of Charity of Mother Teresa, as saying on September 4.   

    Sister Prema made the declaration at the inauguration of a two-day exhibition of paintings and sculptures on Mother Teresa organized in Kolkata, formerly Calcutta, by the Indian National Forum of Art and Culture in association with the Indian Council for Cultural Relations (ICCR) and Church Art to commemorate the first anniversary of the Nobel laureate’s canonization, Sept…

  • Kompli aqra »

“Kemm attività tal-bniedem f’isem in-namur u f’isem l-isports u f’isem il-progress, teqred il-ħolqien b’kapriċċ bla rażan” – L-Arċisqof fil-bidu tax-Xahar tal-Ħolqien

Quddiesa organizzata mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent u Nature Trust Malta fl-okkażjoni tax-Xahar tal-Ħolqien

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

    Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    2 ta’ Settembru 2017

    “Xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha imbagħad jitlef ħajtu? Jew xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu?” (Mt 16, 26). Din id-domanda li għamel Ġesù nistgħu nifhmuha u ngħixuha fuq diversi livelli. Ħafna drabi, l-ewwel interpretazzjoni li tingħatalha hi li t-telfien tal-ħajja huwa dak li jwassal għat-telfien ta’ dejjem…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku u l-Patrijarka Bartilmew: talb għall-ħolqien

  • The story of creation presents us with a panoramic view of the world. Scripture reveals that, “in the beginning”, God intended humanity to cooperate in the preservation and protection of the natural environment. At first, as we read in Genesis, “no plant of the field was yet in the earth and no herb of the field had yet sprung up – for the Lord God had not caused it to rain upon the earth, and there was no one to till the ground” (2:5)…

  • Kompli aqra »