Arkivji mensili: Settembru 2017

“Laqqa’ lil din il-komunità ma’ leħen il-Maħbub” – L-Arċisqof lill-kappillan il-ġdid tal-Ibraġ

Quddiesa tal-pussess ta' Dun Blake Camilleri bħala l-kappillan il-ġdid tal-Parroċċa tal-Madonna Immakulata Kunċizzjoni, l-Ibraġ

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni, l-Ibraġ

    23 ta’ Settembru 2017

    “Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali fis-smewwiet fi Kristu” (Efes 1, 3). L-awgurju tiegħi lilek, għażiż Fr Blake Camilleri, għażiż kappillan, hija li meta jiltaqgħu miegħek in-nies ta’ din il-parroċċa għażiża, kull meta tħabbat il-bieb ta’ darhom jew inkella ċċempel f’xi kanċell bil-kelb jinbaħ, huma jgħidu, “Il-Mulej imliena bil-barka”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Settembru

  • San Luqa 9:43b-45 

    F’dak iż-żmien, waqt li kulħadd kien imnixxef bil-għaġeb quddiem dan il-kobor liema bħalu ta’ Alla, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin”.

    Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa’ mistur għalihom hekk li ma qabdu xejn minnu, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal…

  • Kompli aqra »

Rispett lejn il-ħajja fil-forom kollha tagħha – Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

Position Paper mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent fl-okkażjoni tax-Xahar tal-Ħolqien

  • Fl‑okkażjoni tax‑Xahar tal‑Ħolqien, il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tixtieq taqsam xi ħsibijiet, imnebbħa mill‑Enċiklika tal‑Papa Franġisku Laudato Si’, dwar il‑valur tal‑ħajja u l‑ħtieġa li nirrispettawha fil‑forom kollha tagħha. Dan fi żmien meta ħafna qed jiġu influwenzati minn ideat żbaljati li qed jiddominaw il‑midja, u jispiċċaw jaċċettaw diskorsi u ideoloġiji li spiss jgħawġu l‑verità.

    Ir‑rispett lejn il‑ħajja jitlob li wieħed japprezza d‑dinjità ta’ kull forma ta’ ħajja, jagħraf kemm hi vulnerabbli u jħarisha minn kull periklu…

  • Kompli aqra »

Jitħabbar il-logo ta’ (Re)thinking Europe

  • With (Re)thinking Europe approaching, COMECE launched the official logo of the event and a web page gathering all the useful information on the event that will take place in the Vatican City from Friday 27 to Sunday 29 October, marking the 60th anniversary of the signature of the Treaty of Rome.

    The idea of organizing (Re)thinking Europe in the shape of an open forum of dialogue was in COMECE’s agenda since two years, and it is with great enthusiasm that the Commission of the Bishops’ Conferences of the European Community welcomes the Holy See’s collaboration and the direct participation of Pope Francis…

  • Kompli aqra »

Il-Kardinal Bagnasco: L-Ewropa hi ħidma spiritwali u etika

Assemblea Plenarja tas-CCEE f'Minsk, il-Belarussja.

  • “It is our duty to remind everyone that Europe is not a purely geographic complex, nor just a group of peoples, but it is a spiritual and ethical work; it is not an organogram, but a living body, a community of life and destiny. The European image of person is determined in the most profound manner by Christianity.” It is with this thought that Cardinal Angelo Bagnasco, Archbishop of Genoa and President of the Council of European Bishops’ Conferences (CCEE), opened the works of CCEE Plenary Assembly, the ecclesial body which gathers the Presidents of all Bishops’ Conferences of the Continent…

  • Kompli aqra »

Goodbye Christopher Robin

  • ****

    Direttur:          Simon Curtis

    Atturi:              Margot Robbie, Domhnall Gleeson, Will Triston, Kelly Macdonald, Phoebe Waller-Bridge, Stephen Cambell Moore u Alex Lawther

    Ħin tal-Film:   107 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      PG

    L-awtur famuż, A…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Ottubru 2017

  • Il‑Ġimgħa 13 ta’ Ottubru 2017, fis‑6:00 p.m., f’għeluq iċ-ċentinarju mid‑dehriet ta’ Fatima, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi pellegrinaġġ mill‑Knisja Parrokkjali tal‑Kunċizzjoni, il‑Ħamrun, sal‑Knisja Parrokkjali tal‑Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa. Wara, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa.

    Il‑Ħadd 15 ta’ Ottubru, fil‑5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa tal‑Gudja.

    Is‑Sibt 21 ta’ Ottubru, fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa ta’ Marsaskala…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Settembru

  • L-Arkanġli Mqaddsa, Mikiel, Gabrijel u Rafel – Festa

    San Ġwann 1:47-51 

    F’dak iż-żmien: Meta Ġesù ra lil Natanel riesaq lejh, qal: “Hawn hu Israeli li jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.”

    Natanael staqsieh: “Rabbi, kif sirt tafni?”

    U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma kellmek Filippu.”

    “Rabbi,” qallu Natanael, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Israel!”

    Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għidtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? …

  • Kompli aqra »

Luteru u l-Knisja: X’mar ħażin?

  • 500 years have passed since Martin Luther nailed his 95 theses to the door of the Castle Church in Wittenberg. Although there is no proof of the historicity of this, it was an event that changed the history of Christianity and the life of the Catholic Church.

    While the Luther Church is celebrating this anniversary of the Reformation, the Roman Catholic Church is in the birth pangs of the aggiornamento ushered by the Second Vatican Council mor than 50 years ago…

  • Kompli aqra »

In-Nunzju Appostoliku jiltaqa’ mar-refuġjati f’Malta

  • In-Nunzju Appostoliku l-ġdid għal Malta, Monsinjur Alessandro D’Errico, żar il-Kummissjoni Emigranti u kellu l-opportunità jsir jaf aktar mill-qrib il-ħidma li din il-Kummissjoni ilha tagħmel mill-1958, f’isem tal-Knisja f’Malta, l-ewwel mal-emigranti Maltin u l-familja tagħhom u, maż-żmien, mar-refuġjati u l-migranti li bdew jaslu Malta jfittxu ħarsien internazzjonali.

     

    Mons. D’Errico ntlaqa’ f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta, minn Mons…

  • Kompli aqra »