Il-Kummissjoni Ambjent dwar il-valur tas-siġar
Stqarrija mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent fl-okkażjoni tal-Jum ta' Talb għall-Kura tal-Ħolqien
01/09/2017-
Fil‑Bibbja spiss insibu referenza għas‑siġar. Saħansitra tissemma’ wkoll “is‑siġra tal‑ħajja”. Minbarra it‑tifsira metaforika li jista’ jkollhom, is‑siġar huma ta’ ġid kbir għall‑umanità kollha. Il‑kontribut tagħhom għal għixien aħjar imur lil hinn mill‑ispirazzjoni li joffru lill‑poeti, artisti u mużiċisti ta’ kull żmien. Minbarra li jipprovdu l‑materja prima għal għadd ta’ prodotti, huma indispensabbli biex titnaddaf l‑arja mill‑gassijiet velenużi u minn tniġġis ieħor, joħolqu ambjent frisk u lqugħ mix‑xemx l‑aktar fis‑sajf, u spazju rikreattiv fejn kulħadd jista’ jgawdi s‑sbuħija tan‑natura kemm fl‑ambjent rurali kif ukoll f’dak urban…