Arkivji mensili: Ottubru 2017

Avviż

  • Il-Kurja tal-Arċisqof tixtieq tavża li għada, l-Erbgha, l-1 ta’ Novembru, u l-Ħamis, 2 ta’ Novembru, l‑Uffiċċju taż‑Żwiġijiet fil‑Kurja, il‑Furjana, ser ikun magħluq.

    Il-Ġimgħa, l‑Ufficcju taż‑Żwiġijiet ser jiftaħ fil-ħinijiet normali, bejn it-8:00 a.m. u nofsinhar.

  • Kompli aqra »

“Ragħaj tajjeb huwa dejjem qrib in-nies tiegħu” – Il-Papa Franġisku

  • A good shepherd is always close to his people, while a bad priest is only interested in power and money. That was Pope Francis’ message at the Santa Marta Mass on Monday, as he reflected on the Gospel reading for the day.

    In the reading of St Luke’s Gospel, Jesus is in the synagogue where he meets a woman who has been crippled for years and is unable to stand up straight…

  • Kompli aqra »

Id-dokument ‘Mill-Konflitt għall-Komunjoni’ tradott għall-Malti

    • Il-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana għadha kemm ippubblikat it-traduzzjoni Maltija tad-dokument Mill-Konflitt għall-Komunjoni. Dan id-dokument ifakkar il-500 sena tar-Riforma ta’ Luteru. It-traduzzjoni hi ta’ Patri Silvestru Bonavia, Kapuċċin.

      Id-dokument, li fih 70 paġna, jittratta l-istorja tar-Riforma u l-avvenimenti prinċipali tagħha, u l-fehmiet differenti tal-Kattoliċi u l-Luterani dwar diversi aspetti bħas-sagramenti, il-Knisja u l-grazzja, imma wkoll fejn dawn il-fehmiet, f’xi każi, jikkonverġu…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Novembru 2017

  • L‑Erbgħa 1 ta’ Novembru, Festa tal-Qaddisin kollha, fil‑5:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħlaq il‑proċess Djoċesan għall‑kawża tal‑Beatifikazzjoni tal‑Qaddej ta’ Alla Patri Avertan Fenech OC, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il-Quddiesa tibda fis‑6:00 p.m. Iċ‑ċelebrazzjoni tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Il‑Ħamis 2 ta’ Novembru, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit‑Tifkira Solenni tal‑Mejtin kollha, fil‑Knisja taċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata, Raħal Ġdid…

  • Kompli aqra »

Il-Festa tal-Qaddisin kollha u t-Tifkira tal-Mejtin kollha

    • Nhar l‑Erbgħa l‑1 ta’ Novembru 2017, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‑Festa tal‑Qaddisin kollha, li matulha jagħlaq il‑proċess Djoċesan għall‑kawża tal‑Beatifikazzjoni tal‑Qaddej ta’ Alla, Patri Avertan Fenech, Karmelitan. Din ser issir fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, u tibda fil‑5:00 p.m. bir‑rit kanoniku tal‑għeluq tal‑inkjesta. Din il‑festa tiġi ċċelebrata mill‑Knisja Universali biex l‑Insara jagħtu ġieħ lill‑Qaddisin kollha waqt li jħabirku biex jimxu fuq l‑eżempju tagħhom…

  • Kompli aqra »

Is-siġra tal-Milied u l-presepju tal-Vatikan se jiġu inawgurati fis-7 ta’ Diċembru

  • The giant Christmas Crib and fir tree which traditionally adorn St Peter’s Square throughout the festive season will be inaugurated, this year, on the afternoon of December 7th.

    The crib scene for Christmas 2017 will be donated by the ancient Abbey of Montevergine in the Campania region of southern Italy. The scenery and crib figures, in 18th century Neapolitan costumes, will be produced by artisans in a local workshop…

  • Kompli aqra »

“Christians are called to restore dignity to politics and to view politics as a lofty service to the common good, not a platform for power” – Pope Francis at (Re)thinking Europe

Il-messaġġ tal-Papa Franġisku lill-mexxejja tal-Knisja u l-politiċi Ewropej

  • Your Eminences,
    Your Excellencies,
    Distinguished Authorities,
    Ladies and Gentlemen,

    I am pleased to join you at the conclusion of your Dialogue on the theme (Re)Thinking Europe – a Christian Contribution to the Future of the European Project, sponsored by the Commission of the Bishops’ Conferences of the European Community (COMECE). In a particular way I greet the President of the Commission, His Eminence Cardinal Reinhard Marx, and the Honourable Antonio Tajani, President of the European Parliament, and I thank them for their kind words…

  • Kompli aqra »

Filmat: Is-saltna tad-dritt trid tkun ukoll realtà ta’ kuljum – L-Arċisqof u d-delegazzjoni Maltija fil-Vatikan għal (Re)thinking Europe

  • Ir-reazzjonijiet tad-delegazzjoni Maltija
  •  
  • Bejn ilbieraħ u llum delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna qed tattendi għall-kungress internazzjonali ‘(Re)Thinking Europe’ fil-Vatikan, organizzat mill-Kummissjoni tal‑Konferenzi tal‑Isqfijiet Ewropej (COMECE) u s-Santa Sede.

    Fid-diskors tiegħu lit-350 parteċipant mit‑28 pajjiż tal‑Unjoni Ewropea, fosthom rappreżentanti għolja tal‑Knisja u mexxejja politiċi Ewropej, l-Arċisqof Charles J. Scicluna tkellem dwar l-importanza tal-bini ta’ pontijiet u s-solidarjetà bejn il-popli Ewropej, biex flimkien jaslu “għall-konvinzjoni li l-ġid ta’ pajjiż u ta’ poplu huwa wkoll il-ġid ta’ pajjiż u poplu ieħor.”

    L-Arċisqof saħaq li quddiem l-isfidi li għaddejja minnhom bħalissa l-Ewropa, iċ-ċittadin Nisrani għandu post ċentrali għaliex l-aspirazzjonijiet fundamentali tal-Ewropa huma wkoll aspirazzjonijiet Insara…

  • Kompli aqra »

Live: Il-Papa Franġisku jindirizza lill-parteċipanti tal-kungress (Re)thinking Europe

  •  
  • Illum, is-Sibt 28 ta’ Ottubru 2017, fil-5:30 p.m., il-Papa Franġisku se jagħlaq il-kungress internazzjonali ta’ jumejn bl-isem ta’ ‘(Re)thinking Europe’, li qed isir fil-Vatikan.

    Għal dan il-kungress qed jattendu aktar minn 350 parteċipant mit‑28 pajjiż tal‑Unjoni Ewropea, fosthom rappreżentanti għolja tal‑Knisja u mexxejja politiċi Ewropej, bil‑għan li jikkontribwixxu għal riflessjoni kostruttiva dwar l‑isfidi li qed tiffaċċja l‑Ewropa.

    Għal dan il-kungress qed tattendi wkoll delegazzjoni Maltija mmexxijja mill‑Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »

In-Nunzju Appostoliku jingħata merbħa fid-Dar tal-Providenza

  • In-Nunzju Appostoliku ġdid għal Malta, l-E.T. Mons. Alessandro D’Errico għamel l-ewwel żjara uffiċċjali tiegħu fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi. Huwa kien milqugħ mid-Direttur tad-Dar, Fr Martin Micallef, u ltaqa’ mar-residenti u l-carers tagħhom. Mons. D’Errico sab ħin biex iżur il-kappella u l-mużew u l-qabar ta’ Dun Mikiel Azzopardi kif ukoll jara b’għajnejh il-faċilitajiet u l-ħidma li ssir fil-pixxina terapewtika u fiċ-Ċentru Agrikolu San Isidor…

  • Kompli aqra »