Arkivji mensili: Novembru 2017

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Novembru

  • San Luqa 17:26-37 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Bħalma ġara fi żmien Noè, hekk ukoll jiġri fi żmien Bin il-bniedem. Kienu jieklu, jixorbu, jiżżewġu u jżewġu, sa dakinhar li Noè daħal fl-arka; imbagħad ġie d-dilluvju u qeridhom ilkoll.

    L-istess bħalma ġara fi żmien Lot; kienu jieklu, jixorbu, jixtru, ibigħu, iħawlu, jibnu, imma dakinhar li Lot ħareġ minn Sodoma, Alla bagħat xita ta’ nar u kubrit mis-sema u qeridhom ilkoll…

  • Kompli aqra »

Imsejħa naħdmu għall-ġustizzja u l-paċi

Dokument mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, xahar mill-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

  • Sommarju

    Xahar mill‑ġurnata meta l‑ġurnalista Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata f’attakk ippremeditat fuq is‑soċjetà tagħna, il‑Kummissjoni tal-Knisja għall-Ġustizzja u Paċi, tħeġġeġ liċ‑ċittadini kollha sabiex jirriflettu fuq il‑qagħda tas‑soċjetà tagħna llum, biex jieħdu azzjoni konkreta u jaħdmu għall‑ġid komuni, u biex jippromwovu l‑paċi.

    Ir‑reazzjonijiet għall‑qtil ta’ Daphne Caruana Galizia tefgħu dawl fuq il‑polarizzazzjoni li teżisti fis‑soċjetà tagħna li għadha maqsuma skont il‑lealtà politika partiġġjana…

  • Kompli aqra »

Tobba, reliġjużi u lajċi se jiddiskutu l-ewtanasja f’kungress fil-Vatikan

  • At the end of this year, the Netherlands, the first country that legalized euthanasia, will have applied it on more than 7,000 patients, an increase of 67 percent compared to five years ago.

    Euthanasia is fully legal in five countries: the Netherlands, Belgium, Colombia, Luxembourg and Canada. However, more people are speaking about it. According to Carlo Casalone from the Pontifical Academy for Life, it’s because more cases are becoming public due to medical advancements and the diffusion of mass media…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jaqla’ Lamborghini għall-karità

  • Pope Francis was presented with the keys to a brand-new Lamborghini Huracan on Wednesday by officials from the luxury car maker. 

    The special edition car, however, will be auctioned off by Sotheby’s in London and the proceeds given to four charities in Pope Francis’ name.

    Pope Francis blessed the car and signed the hood after receiving it in front of his Casa Santa Marta residence…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Novembru

  • San Luqa 17:20-25 

    F’dak iż-żmien, il-Fariżej staqsew lil Ġesù meta kienet se tiġi s-Saltna ta’ Alla, u hu weġibhom: “Is-Saltna ta’ Alla ma tiġix b’sinjali li jidhru; lanqas ħadd ma hu se jgħid: “Arawha, hawn”, jew: “Hemm”, għax araw, is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda!”.

    Lid-dixxipli tiegħu qalilhom: “Għad jiġi żmien meta tkunu tixtiequ taraw jum wieħed minn żmien Bin il-bniedem u ma tarawhx…

  • Kompli aqra »

Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja fl-2018

  • Ir‑regolamenti għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja għas‑sena skolastika 2018 ‑ 2019 ġew ippubblikati fuq il‑websajt tal‑Knisja f’Malta www.thechurchinmalta.org. B’kollox ser ikun hemm total ta’ 1,529 post vakanti. L‑applikazzjonijiet jistgħu jsiru, jew onlajn mil‑lum, l‑Erbgħa 15 ta’ Novembru 2017, jew f’waħda mid‑diversi skejjel tal‑Knisja bejn Novembru 2017 u Frar 2018 kif indikat fir‑regolamenti. Il‑proċess tad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja jiddetermina d‑dħul fl‑ewwel u t‑tieni sena kindergarten, fl‑ewwel sena primarja u fl‑ewwel sena sekondarja…

  • Kompli aqra »

Ħallelin jipprofanaw ħdax-il knisja fi Franza

  • Last month thieves in France robbed, and in the process desecrated, ten churches in the Diocese of Annecy, in the country’s Auvergne-Rhone-Alpes region. A similar incident also occurred in the Diocese of Vannes, in Brittany.

    Local press reported that the churches in the Annecy diocese were broken into October 28 and 29.  The perpetrators  are believed to be two men who forced open the church doors with a crow bar…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Novembru

  • San Luqa 17:11-19 

    Ġara li, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija. Kif kien dieħel f’raħal, iltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra. Waqfu ’l bogħod minnu, għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, mgħallem, ikollok ħniena minna!”. Kif rahom, qalilhom: “Morru uru rwieħkom lill-qassisin”.

    U ġara li, huma u sejrin, fiequ mill-marda tagħhom. Wieħed minnhom, kif ra ruħu mfejjaq, raġa’ lura jgħajjat u jfaħħar lil Alla, inxteħet wiċċu fl-art f’riġlejn Ġesù u raddlu ħajr…

  • Kompli aqra »

“Qatt tidraw l-Ewkaristija” – L-Arċisqof lis-seminaristi li rċevew il-Ministeru tal-Akkolitat

Erba' seminaristi istitwiti fil-Ministeru tal-Akkolitat

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù,

    13 ta’ Novembru 2017

    Għeżież, issa intom jekk Alla jrid, se ssiru djakni f’April li ġej kif kelli ċans ngħidilkom fil-kollokju tal-lum. Baqa’ ħames xhur, ma tantx għad baqa’.

    U llum qegħdin hawnhekk, aħna l-komunità tas-Seminarju, jiena l-Isqof tagħkom, il-familji, il-ħbieb tagħkom u l-ħbieb fil-parroċċi tagħkom, biex nifirħu magħkom u nitolbu għalikom, intom u tirċievu l-Ministeru tal-Akkolitat…

  • Kompli aqra »

A Bad Moms Christmas

  • **

    Diretturi:         Scott Moore u Jon Lucas

    Atturi:              Mila Kunis, Kristen Bell, Kathryn Hahn, Cheryl  Hines, Christine Baranski, Susan Sarandon, Jay Hernandez, Justin Hartley u Peter Gallagher  

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18

    Amy, divorzjata, b’żewġt itfal,  tinsab f’relazzjoni ġdida ma’ Jessie, ġuvni li jiġbdek sesswalment…

  • Kompli aqra »