L-Arċisqof jibda Viżta Pastorali fl-Arċidjoċesi ta’ Malta
04/03/2017-
F’għeluq is‑sentejn mindu sar Arċisqof ta’ Malta, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jibda Viżta Pastorali fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Din il‑Viżta Pastorali ser tlaqqgħu aktar mill‑qrib man‑nies fis‑70 parroċċa. Il‑Viżta Pastorali tal‑Arċisqof Scicluna f’kull parroċċa ser issir fuq numru ta’ ġranet u tinkludi laqgħat ta’ djalogu ma’ realtajiet differenti f’kull parroċċa, u mumenti ta’ talb biċ‑ċelebrazzjoni tal‑Quddiesa. L‑Arċisqof ser isib ħin ukoll biex iwassal il‑ħniena tal‑maħfra ta’ Alla permezz tal‑qrar, u biex iżur familji li għaddejjin minn diffikultajiet jew li jħossuhom emarġinati…