Yearly Archives: 2017

Live: Iċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi għall-Ewwel tas-Sena

  • Lejlet l-Ewwel tas-Sena 
  • Il-Ħadd, 31 ta’ Diċembru 2017, fil-5:30 p.m., l‑Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr fi tmiem is‑sena, bil‑kant tat‑Te Deum, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

  • 
  • L-Ewwel tas-Sena 
  • Fl-ewwel jum tas-sena l-ġdida, fid-9:00 a.m., l‑Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis‑Solennità ta’ Marija Omm Alla u l‑Jum Dinji tal‑Paċi, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. 

  • Agħfas hawn biex issegwi ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Arċisqof fuq YouTube…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 31 ta’ Diċembru

  • Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi – Festa

    San Luqa 2:22-40 

    Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skont il-Liġi ta’ Mosè, Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej: “Kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej” – u biex joffru b’sagrifiċċju par gamiem jew żewġ bċieċen, kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej…

  • Kompli aqra »

Liż-żgħażagħ tagħna nagħtuhom it-tama u ċ-ċans li jesprimu dak li hemm f’qalbhom – L-Arċisqof

L-Arċisqof jagħti l-awguri tal-Milied u s-sena l-ġdida lill-pubbliku

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

    30 ta’ Diċembru 2017

    Nerġa’ ntenni l-awgurju tiegħi lil kulħadd u b’mod speċjali li media li hawn preżenti għax permezz tagħhom nixtieq inwassal l-isbaħ xewqat għas-sena l-ġdida lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.

    Is-sena d-dieħla l-isqfijiet ta’ madwar id-dinja huma mistednin mill-Papa Franġisku biex niltaqgħu ġewwa Ruma fix-xahar ta’ Ottubru u niddiskutu t-tema importanti li hija ż-żgħażagħ: id-dixxerniment li huwa li tagħraf ir-rieda ta’ Alla f’ħajtek u anke l-vokazzjonijiet…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Jannar 2018

  • It‑Tnejn 1 ta’ Jannar 2018, fid‑9.00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fis‑Solennità ta’ Marija Omm Alla u l‑Jum Dinji tal‑Paċi, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq Radju RTK u TVM.

    Il‑Ġimgħa 5 ta’ Jannar, fil‑12:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑uffiċċini tal‑Aġenzija Appoġġ, għall‑impjegati tal‑Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali. Fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lill‑Kan…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Diċembru

  • San Luqa 2:36-40 

    Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù f’Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej. Kien hemm waħda profetissa, Anna, bint Fanwel, mit-tribù ta’ Aser. Kienet imdaħħla ħafna fiż-żmien; wara xbubitha kienet għamlet seba’ snin miżżewġa, u mbagħad romlot. Sa ma kellha erbgħa u tmenin sena ma kienet titwarrab qatt mit-tempju, lejl u nhar taqdi lil Alla fis-sawm u t-talb…

  • Kompli aqra »

Ritratti: L-Isqfijiet jilqgħu lill-awtoritajiet tal-Istat għall-bdil tal-awguri tal-Milied

Inti mistieden tagħti l-awguri tal-Milied u s-sena l-ġdida lill-Isqfijiet

  • Fl-okkażjoni tal-festi ta’ żmien il-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, l-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona u l-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi ser jilqgħu lil kull min jixtieq iżurhom għal bdil tal-awguri tal-istaġun, għada s-Sibt, 30 ta’ Diċembru, bejn l-10:00 a.m. u nofsinhar.

    Kif isir kull sena, il-bdil tal-awguri ser isir fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. Minħabba raġunijiet ta’ aċċessibilità, ser ikun miftuħ il-bieb ta’ San Kalċedonju fi Triq Vinċenzo Buġeja…

  • Kompli aqra »

“Waqaft nagħmel din il-ħaġa żgħira kuljum u ż-żwieġ issaħħaħ”

  • Our spats and quarrels didn’t go away, but our home became a calmer place.

    Imagine the scene: It’s night. I’m writing an article, doing some online shopping, or maybe I’m cooking a pot of soup for another day. It’s so late! I’m tired, and angry that I didn’t have time to do all the things I had planned during the day, at a “normal” time…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Diċembru

  • San Luqa 2:22-35 

    Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skont il-Liġi ta’ Mosè, ħadu lil Ġesù Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej: “Kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej”, u biex joffru b’sagrifiċċju par gamiem jew żewġ bċieċen, kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej.

    F’Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu…

  • Kompli aqra »

Hemm bżonn naħdmu flimkien biex fuq is-social media nuru iżjed rispett lil xulxin – L-Arċisqof lill-Prim Ministru

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-Prim Ministru u l-Kabinett fil-bdil tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta

    27 ta’ Diċembru 2017

    Onor. Prim Ministru, insellem lilek kif ukoll lill-membri kollha tal-Kabinett tiegħek, tal-Gvern Malti. Jien nixtieq nirringrazzjak tal-kliem tiegħek u fl-istess ħin nieħu l-opportunità, kif għedt ukoll lill-President tar-Repubblika, li ntenni l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu għall-ġid tal-membri kollha tas-soċjetà, b’mod speċjali kull fejn hemm bżonn…

  • Kompli aqra »