Yearly Archives: 2017

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Frar

  • Festa tal-Jum: L-Appostlu Missierna San Pawl, Patrun ta’ Malta – Solennità 

    San Mark 16: 15-20

    U qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet immexxija mill-Arċisqof fil-festa ta’ San Pawl Nawfragu

  • Bi preparazzjoni għall-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl Appostlu, illum, il‑Ħamis 9 ta’ Frar, fil‑5:15 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi Translazzjoni Solenni tar‑Relikwa u Vespri fil‑Knisja ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta.

    Għada, il‑Ġimgħa 10 ta’ Frar, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal Solenni fil‑festa tan‑Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, fil‑Knisja ta’ San Pawl Nawfragu, il‑Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Frar

  • San Mark 7:24-30

    Minn hemmhekk telaq u mar fl-inħawi tal-belt ta’ Tir. Daħal joqgħod f’dar, u ried li ħadd ma jsir jaf. Iżda ma setax ikun li jinħeba, għax malajr semgħet bih waħda mara li kellha lil bintha maħkuma minn spirtu ħażin, u marret tinxteħet f’riġlejh. Issa din il-mara kienet Griega, Sirofeniċja min-nisel tagħha. Bdiet mela titolbu biex ikeċċi x-xitan minn ġo bintha…

  • Kompli aqra »

GOLD

  • *** 

    Direttur: Stephen Gaghan

    Atturi: Matthew McConaughey, EdgarRamirez, Bryce Dallas Howard, Corey Stoll, Toby Kebbell, Craig T. Nelson u Buce Greenwood.

    Ħin tal-Film: 121 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd. 

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18

    Ninsabu fis-sena 1988, Kenny Wells kien dejjem joħlom u anke jistinka biex ikun suċċess fil-ħajja tiegħu bħala Amerikan…

  • Kompli aqra »

“Il-Mulej ma jitlaqniex weħidna” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-Oncology Centre, l-Imsida

  • Il-Ħadd 5 ta’ Frar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-Oncology Centre, l-Imsida. L-Arċisqof kellu l-opportunità li jiltaqa’ mal-pazjenti li qed jingħataw il-kura f’dan iċ-Ċentru il-ġdid. 
  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Sptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, l-Imsida
    5 ta’ Frar 2017

    L-ewwel nett nsellmilkom…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Papa għar-Randan: Il-Kelma hi don. Il-persuna l-oħra hi don

  • Il-Kelma hi don. Il-persuna l-oħra hi don.
  • Għeżież ħuti,

    Ir-Randan hu bidu ġdid, triq li twassal lejn destinazzjoni żgura: l-Għid tal-Qawmien, ir-rebħa ta’ Kristu fuq il-mewt. U dan iż-żmien dejjem jagħmlilna stedina qawwija għall-konverżjoni: in-Nisrani msejjaħ jerġa’ lura lejn Alla “b’qalbu kollha” (Ġoel 2:12), biex ma jikkuntentax b’ħajja medjokri, imma jikber fil-ħbiberija tiegħu mal-Mulej. Ġesù hu l-ħabib fidil li ma jitlaqna qatt, għax, anki meta nidinbu, jistenna bis-sabar li nerġgħu lura għandu u, b’din l-istennija, hu juri kemm jixtieq jaħfrilna (ara Omelija fil-Quddiesa, 8 ta’ Jannar 2016)…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Frar

  • San Mark 7:14-23

    Raġa’ sejjaħ in-nies lejh u qalilhom: “Isimgħuni, intom ilkoll, u ifhmuni! Ma hemm xejn minn barra li meta jidħol fi bniedem itebbgħu; imma dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li jtabba’  lill-bniedem.”

    Meta ħalla n-nies u daħal id-dar, id-dixxipli tiegħu staqsewh fuq il-parabbola. U hu qalilhom: “Intom ukoll daqshekk bla moħħ? Ma tifhmux li xejn ma jista’ jtabba’ lill-bniedem minn dak li jidħol ġo fih minn barra, la darba dan mhux fil-qalb imur, iżda fl-istonku, biex imbagħad jintrema fil-ħofra?” B’hekk wera li l-ikel kollu hu safi…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jifraħ lil Monsinjur Lawrence Gatt f’għeluq sninu

  • It-Tlieta 7 ta’ Frar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, u l-Vigarju Ġenerali flimkien mal-impjegati tal-Kurja ferħu lil Monsinjur Lawrence Gatt f’għeluq it-80 sena minn twelidu. 

    Monsinjur Lawrence Gatt twieled Raħal Ġdid fl-1937, u ġie ordnat saċerdot fl-1962. Wara daħal fil-Pontificia Accademia Ecclesiastica f’Ruma li tipprepara l-presbiteri għas-servizz diplomatiku, f’ħidma li beda jwettaq fl-1971. 

    Fl-1976 Monsinjur Lawrence Gatt irritorna Malta u kien appuntat Rettur tas-Seminarju sal-1987, meta ħa post Monsinjur Mikiel Azzopardi bħala Direttur tad-Dar tal-Providenza…

  • Kompli aqra »

Il-Knisja tesprimi d-diżappunt tagħha għall-Istqarrija tal-Moviment Patrijotti Maltin

  • Il-Knisja tesprimi d-diżappunt tagħha għall-istqarrija tal-Moviment Patrijotti Maltin, u għall-konklużjonijiet li waslu għalihom. Il-Knisja, filwaqt li tinkoraġixxi u tħeġġeġ lill-politiċi Insara jipprattikaw it-tagħlim Nisrani, tfakkar li mhix il-prattika pastorali tagħha li taħtar saċerdot bħala diretturi spiritwali ta’ xi moviment politiku. Il-bibien tal-Knisja jibqgħu miftuħin għal dawk kollha, inkluż politiċi, li jixtiequ javviċinaw saċerdot bħala gwida għat-tagħlim tal-Knisja fuq il-ġustizzja soċjali. 

  • Kompli aqra »

“L-imħabba lejn Alla ma tagħmilx sens jekk ma tissarrafx fl-imħabba ta’ bejnietna” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-50 sena anniversarju tal-Parroċċa Marija Reġina, il-Marsa

  • Nhar l-1 ta’ Frar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-50 sena anniversarju tal-Parroċċa ta’ Marija Reġina, il-Marsa. 
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Marija Reġina, il-Marsa
    1 ta’ Frar 2017

    Qegħdin niċċelebraw il-Ġublew tad-Deheb, il-ħamsin anniversarju mit-twaqqif ta’ din il-Parroċċa. Nirringrazzjakom l-ewwel nett tal-istedina, nirringrazzja lill-Kappillan, lill-Provinċjal, lilkom ilkoll li ġejtu llejla biex flimkien ngħidu grazzi lill-Mulej ta’ din l-esperjenza ta’ komunità…

  • Kompli aqra »