Yearly Archives: 2017

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Frar

  • San Mark 6:30-34

    L-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kull ma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi  intom  biss  weħidkom  f’xi  post  imwarrab,  u  strieħu ftit.”  Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom. Marru mela bid-dgħajsa weħidhom lejn post imwarrab, imma n-nies rawhom sejrin; kienu ħafna dawk li għarfuhom, u telqu jiġru ‘l hemm bil-mixi, nies mill-ibliet kollha, u waslu qabilhom. X’ħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, għax kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj, u qabad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kapijiet tal-Istat tal-Unjoni Ewropea

  • Il-Ġimgħa 3 ta’ Frar 2017, l-Arċisqof Chares J. Scicluna u l-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi laqgħu lit-28 Kap tal-Istat Ewropew fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, matul is-summit informali tal-Unjoni Ewropea li qed isir f’Malta. Il-Kapijiet tal-Istat u l-mexxejja tal-pajjizi Ewropej kellhom l-opportunità li jammiraw l-KonKatidral ta’ San Gwann u l-pittura tal-Caravaggio tal-Qtugh ir-Ras ta’ San Gwann il-Battista, fl-Oratorju tal-Konkatidral…
  • Kompli aqra »

“Nitolbu lil Sid il-ħsad biex mhux biss jibgħat ħaddiema, imma wkoll profeti fl-għalqa tiegħu” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiftaħ il-proċess tal-kawża għall-qdusija ta' Patri Avertan Fenech u jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej, f'Jum il-Ħajja Kkonsagrata

Il-Papa jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej

  • Pope Francis on Thursday celebrated Mass for the feast of the Presentation of the Lord in St Peter’s Basilica in Rome. Members of Institutes of Consecrated Life and of Societies of Apostolic Life participated in the Liturgy.

    The Mass also commemorates the World Day for Consecrated Life. On this day, the Church celebrates and prays for those who have consecrated their lives to God by the vows of chastity, poverty and obedience…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Frar

  • San Mark 6:14-29

    Is-sultan Erodi sama’ bih, għax ismu kien sar magħruf, u xi wħud bdew jgħidu: “Ġwanni l-Battista qam mill-imwiet; minħabba f’hekk li s-setgħat tal-mirakli qegħdin jaħdmu fih.” Imma oħrajn bdew jgħidu: “Dan Elija.” U oħrajn: “Profeta, bħal wieħed mill-profeti  l-oħra.” Iżda Erodi, meta sama’ bih, qal: “Ġwanni l-Battista, li jien qtajtlu rasu, hu qam mill-mewt.”

    Għax kien Erodi stess li bagħat jarresta lil Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba Erodja, mart ħuh Filippu, billi kien iżżewwiġha hu…

  • Kompli aqra »

1,354 Żwieġ fil-Knisja fl-2016

  • In‑numru ta’ żwiġijiet fil‑Knisja li ġew irreġistrati fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta fis‑sena 2016 kien ta’ 1,354. Minn dawn, 1,160 żwieġ kienu bejn Maltin. Kien hemm ukoll 73 żwieġ bejn Maltin u barranin. Dawn kienu mqassmin hekk: 39 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Kattoliċi barranin; 26 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Insara mhux Kattoliċi barranin; 8 żwiġijiet ta’ Maltin ma’ barranin li mhumiex Insara. Ġew rreġistrati wkoll 10 żwiġijiet bejn Maltin li qed jgħixu f’pajjiżi oħra, u 111‑il żwieġ bejn koppji barranin. 

    It‑73 persuna minn pajjiżi oħra li fl‑2016 ingħaqdu fi żwieġ fil‑Knisja ma’ persuni Maltin kienu 34 raġel u 39 mara, minn 34 pajjiż differenti, ewlenin fosthom mill‑Italja (9), mill‑Ingilterra (7) u mir-Russja (6)…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa fil-ftuħ tal-proċess Djoċesan għall-kawża tal-beatifikazzjoni ta’ Patri Avertan Fenech

L-intenzjoni tat-talb tal-Papa għal Frar: Nilqgħu lil min hu fil-bżonn

  • Pope Francis’ prayer intention for February is to Comfort for the Afflicted: That all those who are afflicted, especially the poor, refugees, and marginalized, may find welcome and comfort in our communities.

    The Apostleship of Prayer has produced the Pope’s Video on this prayer intention.

    The full text of the Pope’s Video is below:

    Welcome the Needy

    We live in cities that throw up skyscrapers and shopping centers and strike big real estate deals … but they abandon a part of themselves to marginal settlements on the periphery.1

    The result of this situation is that great sections of the population are excluded and marginalized: without a job, without options, without a way out…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Frar

  • San Luqa 2:22-40

    Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skond il-Liġi ta’ Mosè, ħaduh Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej, li ‘kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej,’ u biex joffru b’sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen,’ kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej.

    F’Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu…

  • Kompli aqra »