Yearly Archives: 2017

Kappillan ġdid għall-Parroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes, Raħal Ġdid

    • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun George Schembri bħala Kappillan tal‑Parroċċa tal‑Madonna ta’ Lourdes, Raħal Ġdid.  

      Dun George Schembri twieled fit‑8 ta’ Frar 1985. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja fl‑iskola Stella Maris, Ħal Balzan, fl‑iskola St Elizabeth, tas‑Sliema, u l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Liċeo Dun Ġużepp Zammit Brigella, il‑Ħamrun. Huwa kompla l‑istudji terzjarji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Jannar

  • San Mark 2:13-17
    Raġa’ ħareġ lejn xatt il-baħar, u n-nies kollha resqu lejh, u hu qagħad jgħallimhom. Hu u għaddej lemaħ lil Levi ta’ Alfew bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi. “Ejja warajja,” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li kif kien fuq il-mejda fid-dar tiegħu, bosta pubblikani u midinbin qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù, u mad-dixxipli tiegħu; għax kien hemm ħafna li bdew imorru warajh…

  • Kompli aqra »

L-Ambaxxatur Awstraljan tfaħħar kliem il-Papa fuq il-paċi u l-migrazzjoni

  • Australia’s ambassador to the Holy See says her government is in “listening mode” and keen to cooperate closely with the Vatican on questions such as disarmament, combatting human trafficking, or promoting child and maternal health.

    Ambassador Melissa Hitchman, who presented her credentials in September, was sharing her reactions to the Pope’s annual address on Monday to diplomats accredited to the Holy See…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Jannar

  • San Mark 2:1-12
    Meta wara xi ġranet daħal Kafarnahum, in-nies semgħet li kien id-dar. U nġabru bosta, hekk li ma kienx hemm fejn joqogħdu iżjed, anqas quddiem il-bieb. U qagħad ixandrilhom il-kelma. U marru ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, merfugħ minn erbgħa min-nies. Billi ma setgħux jersqu sa ħdejh minħabba l-kotra, qalgħu s-saqaf ta’ fuqu, fetħu toqba, u niżżlu minnha l-friex li fuqu kien mimdud il-mifluġ…

  • Kompli aqra »

“Fl-Ewkaristija Ġesù huwa ‘Alla magħna'” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jagħti l-Ministeru tal-Akkolitat lis-seminaristi Anton D'Amato u Bernard Micallef

  • Nhar it-Tnejn 9 ta’ Jannar 2017, is-seminaristi Anton D’Amato u Bernard Micallef ingħataw il-Ministeru tal-Akkolitat mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-Kappella tas-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù.
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna 
  • Kappella tas-Seminarju, Tal-Virtù
    9 ta’ Jannar 2017

    Għeżież Anton u Bernard, 

    L-ewwel nett immaġinaw lil Ġesù jitħallat mal-folla, jidħol fil-kju ta’ dawk li kienu qegħdin jistennew biex jitgħammdu fil-Ġordan minn Ġwanni…

  • Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: “It-tama tan-Nisrani titwieled mill-fiduċja fil-Kelma ta’ Alla, mhux fl-idoli”

  • Pope Francis continued his series of catechesis on Christian hope at his Wednesday General Audience, in which he contrasted authentic hope, born of trust in God’s word, with the temptation of false hope in idols.

    Taking issue with the false idols offered by our modern world, Pope Francis at his Wednesday General Audience said that “hope is a primary need in man” but that we can get lost in our search for security by trusting in the false hopes offered by idols…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Jannar

  • San Mark 1:40-45
    Resaq fuqu wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, nxteħet għarkubbtejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni.” Mqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf.” U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf. U widdbu bis-sħiħ, bagħtu malajr u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosè, biex tkunilhom ta’ xhieda.” Iżda dak, meta telaq, beda jxandar ma’ kullimkien u jxerred l-aħbar, hekk li Ġesù f’ebda belt ma sata’ iżjed jidħol bid-dieher, imma kien jibqa’ barra fil-kampanja u kienu jmorru ħdejh nies minn kullimkien…

  • Kompli aqra »

Live by Night

  • ***

    Direttur: Ben Affleck

    Atturi: Ben Affleck, Elle Fanning, Brendan Gleeson, Chris Messina, Sienna Miller, Zoe Saldana u Chris Cooper

    Ħin tal-Film: 129 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18

    Joe Coughlin hu iben iż-żgħir ta’ kaptan prominenti fid-Dipartiment tal-Pulizija ġewwa Boston…

  • Kompli aqra »

La La Land

  • ****

    Direttur: Damien Chazelle
    Atturi: Ryan Gosling, Emma Stone, John Legend, Rosemarie DeWitt, J. K. Simmons, Finn Wittrock, Tom Everett u Meagan Fay
    Ħin tal-Film: 128 min

    Maħruġ minn KRS  Releasing Ltd.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12

    Fi triq prinċipali ġewwa Los Angeles, Mia li kienet qegħda tittama li ssir attriċi, kienet fi triqitha għal awdizzjoni, iżda sfortunatament ġiet maqbuda fit-traffiku…

  • Kompli aqra »

Monster Calls

  • ***

    Direttur: J. A. Bayona

    Atturi: Sigourney Weaver, Felicity Jones, Toby Kebbell, Lewis MacDougal u  Liam Neeson

    Ħin tal-Film: 108 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd. 

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12

    Conor O’Malley spiss kien jqum bl-istess ħmar il-lejl li kien beda jesperjenza dawn l-aħħar xhur…

  • Kompli aqra »