Yearly Archives: 2017

Live: Quddiesa Pontifikali f’Jum it-Tifkira

  • Il-Ħadd, 12 ta’ Novembru 2017, fid-9:15 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum it-Tifkira, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

  • Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  • 
  • Kompli aqra »

Is-suċċess ma jitkejjilx mill-ġid materjali imma minn kemm ħajjitkom se tkun ta’ servizz għall-proxxmu u għall-komunità – L-Arċisqof lill-gradwati ġodda

Quddiesa ta’ ringrazzjament għall-gradwati l-ġodda tal-Università ta’ Malta

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann

    9 ta’ Novembru 2017

    Fid-9 ta’ Novembru ta’ kull sena, aħna l-Kattoliċi nfakkru d-dedikazzjoni tal-ewwel knisja f’Ruma, il-katidral tal-Papa, il-Bażilika ta’ San Ġwann fiż-żona msejħa tal-Lateran, San Giovanni in Laterano.

    Ħafna drabi meta naħsbu fil-knejjes kbar ta’ Ruma, il-ħsieb tagħna jmur mill-ewwel fil-Bażilika ta’ San Pietru, mibnija fuq il-qabar tal-appostlu sajjied…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jipprojbixxi l-bejgħ ta’ sigaretti fil-Vatikan

  • Il-Papa Franġisku ddeċieda li mill-2018 se jwaqqaf il-bejgħ tas-sigaretti lill-impjegati tal-Vatikan.

    Ir-raġuni hija sempliċi ħafna: Is-Santa Sede ma tistax tikkontribwixxi għal attività li ċertament tagħmel  ħsara lis-saħħa tan-nies. Skond l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, it-tipjip jikkawża l-mewt ta’ aktar minn seba’ miljun persuna fis-sena.

    Għalkemm is-sigarretti li jinbiegħu lill-impjegati u l-pensjonati fil-Vatikan jinbiegħu bi prezz imraħħas u għas-Santa Sede huma sors ta’ dħul finanzjarju, l-ebda profitt mhu leġittimu jekk ipoġġi l-ħajjiet f’riskju…

  • Kompli aqra »

L-Oratorju ‘Pawlu ta’ Malta’ fl-okkażjoni tal-1950 anniversarju tal-martirju ta’ San Pawl

  • Fl-okkażjoni tal-1950 anniversarju tal-martirju ta’ San Pawl, il-Kapitlu Metropolitan se jippreżenta l-Oratorju PAWLU TA’ MALTA, versi tal-Professur Oliver Friggieri, b’mużika tal-Professur Charles Camilleri.

    L-Oratorju se jsir fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina, nhar il-Ġimgha 10 ta’ Novembru fit-8pm u se jkun taħt il-patroċinju tal-Arcisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona. Se jkun esegwiet mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali taħt id-direzzjoni ta’ Dr Michelle Castelletti, bis-sehem tas-solisti Brian Cefai, Rosabelle Bianchi u Alfred Camilleri…

  • Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Udjenza Ġenerali: Hu essenzjali li nagħrfu t-tifsira u l-valur tal-Quddiesa

  • Pope Francis has reminded the faithful that the Eucharist is a wonderful event during which Jesus Christ, our life, becomes present.

    Speaking to the crowd gathered in St. Peter’s Square for the Wednesday General Audience, Pope Francis began a new series of reflections focusing on the Eucharist and highlighting the importance of how we attend and of how we participate in Mass in order to really experience our relationship with God…

  • Kompli aqra »

Irene Pivetti l-mistiedna ewlenija ta’ ‘The Benjamin Tonna Lecture 2017’

The lecture is organised by The Institute for Research on the Signs of the Times (DISCERN)

    • Irene Pivetti, a former Italian journalist and politician, will be the guest speaker of the 2017 Benjamin Tonna Lecture organised by The Institute for Research on the Signs of the Times (DISCERN).

      The theme of this year’s lecture will be ‘The Catholic Journalist in the Secular Media’.

      The event will be held on Wednesday, 15th November 2017, at The Old Refectory, The Archbishop’s Curia, Floriana, at 7 p.m…

  • Kompli aqra »

“Min irid ikun qaddej tal-poplu jrid ikun ukoll qaddej umli” – L-Arċisqof

Quddiesa fuq l-artal ta’ San Carlo Borromeo, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann

    4 ta’ Novembru 2017

    L-Evanġelju jgħid li l-Mulej Ġesù jinduna li qed jinnutawh “għajnejhom fuqu” (Lq 14, 1). Ovvjament kienu għajnejhom fuqu biex isibu biex jixluħ u biex ifixkluh. Imma anke hu kien qed jinnota x’kien qed jiġri u nnota li dawn l-imberkin kapijiet kienu qed jippruvaw jieħdu l-aħjar post (ara v.7) u, bħal missier ta’ mħabba kbira, jagħtihom lezzjoni…

  • Kompli aqra »

Ippjanar għall-ftit għal-lum – Mhux għal għada għal kulħadd

Stqarrija mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent dwar il-Jum Dinji tal-Ippjanar

  • Fl‑okkażjoni tal‑Jum Dinji tal‑Ippjanar (8 ta’ Novembru 2017), il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) waqt li tirrifletti fuq il‑qagħda preżenti tal‑ippjanar tal‑iżvilupp fil‑pajjiż, tinsab imħassba, bħalma ilha għal dawn l‑aħħar snin, dwar id‑direzzjoni li ħa l‑ippjanar f’Malta. Jekk ma naħsbux għall‑ġid tal‑ġenerazzjonijiet tal‑ġejjieni minn issa, inkunu qed nirriskjaw li ninsew anke lil dik preżenti, u nagħtu l‑barka impliċita jew espliċita lil min hu b’saħħtu biex jgħaffeġ fuq id‑drittijiet tal‑batuti u tal‑vulnerabbli…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kap tal-Oppożizzjoni u mal-Kap tal-Partit Demokratiku

  • Illum, it-Tnejn, 6 ta’ Novembru, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, laqa’ lill-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr Adrian Delia, u lill-Kap tal-Partit Demokratiku, Dr Anthony Buttigieg, f’żewġ żjarat ta’ korteżija fil-Kurja, il-Furjana.

    Fiż-żewġ laqgħat, l-Arċisqof Charles J. Scicluna qal li x-xewqa tal-Knisja hi li l-mexxejja tal-partiti politiċi jaħdmu għall-ġid komuni mal-istituzzjonijiet tal-pajjiż. Wera l-apprezzament tiegħu għal dawk li joffru l-ħidma tagħhom fil-politika għas-servizz tas-soċjetà…

  • Kompli aqra »