Yearly Archives: 2017

“Għandkom bżonn tinvestigaw biex aħna nkunu tassew protetti” – L-Arċisqof lill-ħaddiema tal-Allied Group

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Allied Newspapers Ltd, l-Imrieħel

    3 ta’ Novembru 2017

    Ġesù jeħodha ftit mal-kapijiet tal-Fariżej biex jagħmel punt essenzjali li nħoss huwa importanti wkoll li nibqgħu niftakruh tul ħajjitna kollha.

    Meta jara l-ħtieġa li jfejjaq, il-Mulej mhuwiex marbut mal-ebda liġi, ħlief l-istint qawwi tal-imħabba. “Min minnkom se jaqgħalu ibnu jew barri f’ġiebja u għax ikun is-Sibt”, meta mhux suppost tagħmel xogħol li jġib ħafna sforz, għax ikun is-Sibt, “ma jmurx malajr itellgħu minn hemm?” (Lq 14, 8)…

  • Kompli aqra »

Murder on the Orient Express

  • *****

    Direttur:          Kenneth Branagh

    Atturi:              Kenneth Branagh, Penelope Cruz, Willem Dafoe, Judi Dench, Johnny Depp, Josh Gad, Derek Jacobi, Leslie Odom Jr., Michelle Pfeiffer u Daisy Ridley

    Ħin tal-Film:    114 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       12

    Hercule Poirot, detektiv privat Belġjan u magħruf sew, xtaq jieħu ftit jiem btala mix-xogħol investigatorju…

  • Kompli aqra »

Jigsaw

  • ***

    Diretturi:         Michael Spierig u Peter Spierig

    Atturi:              Matt Passmore, Tobin Bell, Callum Keith Rennie, Hannah Emily Anderson, Clè Bennett, Laura Vandervoort Paul Braunstein u Mandela Van Peebles

    Ħin tal-Film:    91 min

    Maħrug minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                  18

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       18             

    Edgar Munsen, kriminal, jaħrab minn idejn il-pulizija, iżda jibqa’ segwit sakemm jiġi mdawwar u milqut serjament bi sparatura mid-detektiv Halloran u uffiċjali oħra…

  • Kompli aqra »

“Ħares Mulej lil din l‑art ħelwa. ‘Ħares, Mulej, kif dejjem int ħarist'” – L-Arċisqof fil-Quddiesa tal-funeral ta’ Daphne Caruana Galizia

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna waqt il-Quddiesa tal-funeral fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta

  • “F’Alla biss il‑mistrieħ ta’ ruħi.” Dawn il‑kliem mis‑Salm 62 jesprimu l‑fidi tal‑Knisja u tan‑Nisrani quddiem il‑misteru tremend tal‑mewt. Il‑preżenza tagħna hawnhekk illum hija espressjoni tal‑istess fidi. “Nemmen fil‑qawma mill‑imwiet, fil‑ħajja ta’ dejjem. Ammen.”

    Inġbarna llum biex noffru s‑sagrifiċċju tal‑Quddiesa b’suffraġju ta’ Daphne Caruana Galizia. Il‑talb tal‑Knisja huwa mwieżen minn realiżmu kbir dwar il‑kundizzjoni umana. Kull wieħed u waħda minna jersaq kuljum lejn il‑mewt ta’ bniedem li hu, bil‑preġji u d‑difetti tiegħu…

  • Kompli aqra »

“Nitolbu li l-għeżież mejtin jaraw lil Alla b’ħabib tagħhom” – L-Arċisqof fis-Solennità tal-Mejtin kollha

Quddiesa fil-Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata

  •   
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid

    2 ta’ Novembru 2017

    Fis-silta mill-Evanġelju ta’ San Ġwann li għadna kemm smajna, Ġesù jinsisti dwar ir-rieda ta’ Missieru: “Din hi tabilħaqq ir-rieda ta’ Missieri: li kull min jara lill-Iben u jemmen fih, ikollu l-ħajja ta’ dejjem u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum.” (Ġw 6:40)

    Meta aħna niftakru fl-għeżież mejtin tagħna, niftakru wkoll f’espressjoni mit-talb tal-Knisja, niftakru f’dawk li telqu qabilna bis-sinjal tal-fidi…

  • Kompli aqra »

“Nistgħu nduqu l-ġenna minn issa meta nitgħallmu fl-iskola tal-umiltà u tal-qaddisin” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Festa Solenni tal-Qaddisin kollha

  •  
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann

    1 ta’ Novembru 2017

    “Dan huwa n-nisel ta’ dawk li jfittxu l-wiċċek, Mulej.” (S 23, 6) F’din l-espressjoni mis-Salm 23 hemm miġbura l-qalba tal-qdusija, hija l-hena li jsemmi Ġesù “ta’ min hu fqir fl-ispirtu” (Mt 5, 3), ta’ min jirrealizza f’ħajtu l-bżonn radikali ta’ Alla…

  • Kompli aqra »

Live: L-għeluq tal-proċess Djoċesan għall‑kawża tal‑beatifikazzjoni ta’ Patri Avertan Fenech u l-Quddiesa fil‑Festa tal‑Qaddisin kollha

  • Illum, l‑Erbgħa l‑1 ta’ Novembru 2017, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‑Festa tal‑Qaddisin kollha, li matulha jagħlaq il‑proċess Djoċesan għall‑kawża tal‑Beatifikazzjoni tal‑Qaddej ta’ Alla, Patri Avertan Fenech, Karmelitan. Din ser issir fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, u tibda fil‑5:00 p.m. bir‑rit kanoniku tal‑għeluq tal‑inkjesta. 

    L-għeluq tal-proċess Djoċesan jibda fil-5:00 p.m., waqt li l-Quddiesa tibda fis‑6:00 p.m.

  • Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  •  
  • Kompli aqra »

Irnexxielu jegħleb il-ħabs u d-droga grazzi għat-talba tar-Rużarju

  • A life of crime and drug addiction landed Khristian Briones, 39, in prison for ten years. During that time, he paid his debt to society, and he set out on a path of faith and conversion that began with praying the rosary.

    Briones was raised by his grandparents in Chile. They lived in poverty. Alcoholism, domestic violence and drug addiction were a regular part of his home life…

  • Kompli aqra »