Imut l-eks Nunzju Appostoliku għal Malta l-E.T. Mons. Mario Cassari
20/08/2017- Tħabbret il-mewt tal-eks Nunzju Appostoliku għal Malta, l-E.T. Mons. Mario Roberto Cassari, Arċisqof Titulari ta’ Tronto, fl-età ta’ 73 sena. Mons. Cassari nħatar Nunzju Appostoliku għal Malta fit-22 ta’ Mejju 2015. Il-ħidma diplomatiku tiegħu f’Malta ntemmet uffiċjalment fis-27 ta’ April ta’ din is-sena, meta tħabbret il-ħatra tal-E.T. Mons. Alessandro D’Errico bħala Nunzju Appostoliku ġdid. L-Arċisqof Charles J. Scicluna, li kien ingħata l-pallium minn Mons…