Maratona Oħloq Tbissima: Il-Maltin imsejħa jerġgħu jgħinu lil min hu fil-bżonn
15/07/2017-
Il-maratona Oħloq Tbissima għaddejja ġmielha, bis-somma miġbura sa nofsillejl tal-Ġimgħa laħqet il-€25,198.
Il-maratona bdiet il-Ġimgħa f’nofsinhar u tibqa’ sejra bla waqfien sa għada, il-Ħadd 16 ta’ Lulju, f’nofsillejl.
Din hi l-15-il edizzjoni tal-maratona fejn id-donazzjonijiet miġbura se jgħinu l-ħidma missjunarja tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).
Il-ħidma missjunarja fdata f’idejn is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) ma tieqafx biss ma’ xtutna imma hi mifruxa wkoll fil-Perù, fil-Pakistan u anke l-Filippini.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jipparteċipa f’din il-maratona, billi jagħti d-donazzjoni tiegħu, kif ukoll billi jżur l-attivita’ u jsegwi minn fuq l-istazzjonijiet lokali. Oħloq Tbissima qed tiġi mxandra fuq TVM2 b’kollegamenti ma’ TVM, ONE TV u NET TV…