Yearly Archives: 2017

Il-Papa Franġisku jiddiskuti 3 kelmiet ‘essenzjali għall-ħajja tal-appostlu’

  • Pope Francis celebrated Mass in St Peter’s Square on Thursday to celebrated the feast of Saints Peter and Paul highlighting the plight of persecuted Christians, the importance of prayer and confessing the faith.

    In a sunny St Peter’s Square on Thursday, Pope Francis was joined by new Cardinals and Metropolitan Archbishops created in the last year, as well as pilgrims and Romans alike, to celebrate the Solemnity of Saints Peter and Paul, Co-Patrons of the eternal city…

  • Kompli aqra »

Live: L-Ordinazzjoni ta’ 6 saċerdoti ġodda

  • Il-Ġimgħa, 30 ta’ Ġunju 2017, fis-6:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa li matulha jordna sitt saċerdoti ġodda, tliet djoċesani u tliet reliġjużi, fil‑Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

    Dawn huma (mix-xellug): Aaron Zahra, Ryan Lee Pace, Clive Camilleri, Mark Spiteri, Ramon Farrugia u Sinclair Bugeja.

  •  
    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  • Kompli aqra »

“Irridu nimxu fuq it-tagħlim li kien sa mill-bidu u mhux fuq il-moda ta’ din id-dinja” – L-Arċisqof

Quddiesa Pontifikali fil-festa ta' San Pietru u San Pawl

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Katidral tal-Imdina

    29 ta’ Ġunju 2017

    “Jiena ġa mxerred b’sagrifiċċju, u żmien it-tluq tiegħi wasal. Tqabbadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi. Mill-bqija hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja li biha f’dak il-jum iħallasni l-Mulej, l-Imħallef ġust, imma mhux lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu għexu bix-xewqa tad-dehra tiegħu” (2 Tim 4, 6-8)…

  • Kompli aqra »

Il-Birżebbuġin u l-Beltin ifakkru l-anniversarju mill-martirju ta’ San Pietru u San Pawl

  • Hekk kif illum il-Ħamis, niċċelebraw il-festa ta’ San Pietru u San Pawl, magħrufa bħala l-Imnarja, Birżebbuġa u l-Pawlini tal-Belt illum se jkunu qed jiċċelebraw il-1950 anniversarju mill-martirju tal-patruni tagħhom, b’żewġ purċissjonijiet fiż-żewġ lokalitajiet.

    Il-purċissjoni f’Birżebbuġa se toħroġ fid-9:00am bis-sehem tal-baned lokali u se ssir bl-hekk imsejħa l-istatwa ż-żgħira ta’ San Pietru, l-ewwel statwa titulari ta’ dan il-qaddis li kellha l-parroċċa minħabba li l-istatwa titulari preżenti bħalissa għaddejja minn proċes ta’ restawr li jkun lest f’Awwissu li ġej…

  • Kompli aqra »

Stqarrija mill-Kummissjoni għall-Ħarsien tat-Tfal u l-Adulti Vulnerabbli

  • B’referenza għas‑sentenza tal‑Qorti dwar il‑każ ta’ saċerdot mid‑Djoċesi ta’ Għawdex li ngħata sentenza ta’ ħabs sospiża, il‑Kummissjoni għall‑Ħarsien tat‑Tfal u l‑Adulti Vulnerabbli (Safeguarding Commission) tikkonferma li kien l‑Isqof ta’ Għawdex li rrapporta l‑allegazzjonijiet ta’ abbuż lill‑Pulizija, u li meta tressaq il‑każ quddiem ir‑Response Team f’Awwissu 2014, is‑saċerdot kien ġie sospiż mill‑ministeru saċerdotali tiegħu. Din is‑sospensjoni għadha fis‑seħħ sal‑lum.

    Il‑Kummissjoni għall‑Ħarsien tat‑Tfal u l‑Adulti Vulnerabbli tħeġġeġ lill‑pubbliku jikkuntattja lill‑Pulizija jew iċempel fuq is-Support Line 179, dwar kwalunkwe allegazzjoni ta’ abbuż…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa lejlet il-festa ta’ San Pietru u San Pawl

  • L-Erbgħa, 28 ta’ Ġunju 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi Translazzjoni Solenni fis-5:455 p.m., u fis‑6:00 p.m. jiċċelebra Quddiesa bl‑Ewwel Għasar, lejlet il‑festa ta’ San Pietru u San Pawl, fil‑Katidral tal‑Imdina.
  •  
    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Arċisqof fil-festa tat-twelid ta’ San Ġwann Battista

  • Nhar is-Sibt, 24 ta’ Ġunju 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

  •  
    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  •  
  •  
    L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Festa ta’ San Ġwann Battista, fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    24 ta’ Ġunju 2017

    “Mela x’għad ikun dan it-tifel?” (Lk 1, 66)…

  • Kompli aqra »

L-abort mhuwiex parti ‘mis-saħħa riproduttiva’ – Is-Santa Sede lin-Nazzjonijiet Magħquda

  • The Holy See has told the United Nations that abortion should not be considered part of the term ‘sexual and reproductive health’ and that ‘gender’ means only biological sexual identity and difference.

    Archbishop Ivan Jurkovič, Permanent Observer of the Holy See to the UN in Geneva, made the remarks during a meeting on a UN resolution for coordinating humanitarian assistance…

  • Kompli aqra »

Sitt saċerdoti ġodda

  • Il‑Knisja f’Malta tifraħ filwaqt li tirringrazzja lil Alla għall‑ordinazzjoni ta’ sitt saċerdoti. L‑ordinazzjoni ta’ dawn iż‑żgħażagħ – wieħed mill‑Iklin, wieħed mill‑Gżira, wieħed minn Ħaż‑Żebbuġ, tnejn mill‑Ordni tal‑Patrijiet Minuri, u ieħor mill‑Ordni tal‑Predikaturi – ser issir nhar il‑Ġimgħa 30 ta’ Ġunju 2017, fil‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fis‑6:30 p.m.

    Is‑sitt djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »