Yearly Archives: 2017

Il-Papa jbierek b’sorpriża d-djar tan-nies barra Ruma

  • Nhar il-Ġimgħa, il-Papa Franġisku kompla għaddej bid-drawwa li beda fis-Sena tal-Ħniena u b’sorpriża, mar ibierek id-djar ta’ barra Ruma, bħalma jagħmlu s-saċerdoti kull sena fi żmien l-Għid.

    Skont il-Vatikan, il-Papa ried iżomm iż-żjarat ta’ “il-Ġimgħa tal-Ħniena” u dan sabiex ikun qrib tal-familji li jgħixu fil-periferija tal-belt u ried li jżur id-djar tagħhom.

    Nhar l-Erbgħa, Dun Plinio Poncina, li jmexxi l-parroċċa ta’ Stella Maris, waħda mill-parroċċi ta’ Ostia, ħalla nota lir-residenti li se jkun qed iżurhom bħalma jagħmel kull sena…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jsejjaħ konċistorju biex ilaħħaq kardinali ġodda

  • Wara r-Regina Caeli fi Pjazza San Pietru, il-Ħadd, il-Papa Franġisku ħabbar li se jsir konċistorju ieħor biex ilaħħaq kardinali ġodda.

    Il-kardinali l-ġodda huma mill-Mali, Spanja, l-Isvezja, Laos u El Salvador. Il-konċistorju se jsir fit-28 ta’ Ġunju li ġej, lejlet il-festa ta’ San Pietru u San Pawl.

    Dan hu r-raba’ konċistorju li qed jagħmel il-Papa Fraġisku. Min kemm ilu jmexxi l-Knisja Kattolika, il-Papa ħatar 56 kardinal ġdid minn 39 pajjiż, 11 minnhom qatt ma kellhom kardinal qabel…

  • Kompli aqra »

“Li tkun ma’ Ġesù hi li tirrealizza kemm iħobbok” – L-Arċisqof fin-Naxxar

L-Arċisqof jibda l-viżta pastorali fin-Naxxar u jiċċelebra Quddiesa mal-komunità

  •  
    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Bidu tal-viżta pastorali

    Knisja Parrokkjali, in-Naxxar

    20 ta’ Mejju 2017

    F’dan l-Evanġelju Ġesù jkellem lill-ġenerazzjoni tagħna, lil dawk l-Insara li jħossu l-preżenza tiegħu mhux bħalma ħassewha dawk li kien jgħix magħhom qabel il-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu, imma l-ġenerazzjoni li ġew wara l-qawmien mill‑imwiet tiegħu…

  • Kompli aqra »

Id-dar ta’ Frenċ tal-Għarb tinfetaħ għall-pubbliku

  • Fl-okkażjoni tal-50 sena mill-mewt ta’ Franġisk Mercieca, jew kif inhu magħruf bħala Frenċ tal-Għarb, id-dar tiegħu, li tinsab fit-triq iddedikata għalih, ilbieraħ infetħet għall-pubbliku mingħajr ħlas.   Id-dar hi mimlija b’diversi oġġetti u memorji ta’ Frenċ u f’daru stess filgħodu, ġie rreċtat ukoll ir-rużarju.   Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ dan l-anniversarju, fis-7pm saret quddiesa għal ruħ Frenċ, fil-Knisja Parrokkjali u Bażilika tal-Gharb, segwita b’serata kommemorattiva fi Pjazzetta Nikol G…
  • Kompli aqra »

Membri ta’ COMECE jiltaqgħu mal-Papa Franġisku

  • Nhar it-Tlieta li għadda l-Papa Franġisku ltaqa’ mal-Kumitat ta’ COMECE, il-Kummisssjoni tal-Konferenza tal-Isqfijiet Ewropej, bi preparazzjoni għal “Rethinking Europe”, l-ikbar forum ta’ djalogu li COMECE se torganizza flimkien mas-Santa Sede bejn is-27 u d-29 ta’ Ottubru li 2017, bħala parti mis-60 sena anniversarju mit-Trattat ta’ Ruma.   Waqt iż-żjara ta’ jumejn f’Ruma u l-Vatikan, il-membri ta’ COMECE ltaqgħu ma’ diversi awtoritajiet sabiex jiddiskutu l-isfidi ewlenin tal-Unjoni Ewropea u l-modi ta’ kif il-Knisja tgħin lil dan il-proġett Ewropew, f’mument fejn l-Ewropa tidher li tinsab f’salib it-toroq…
  • Kompli aqra »

Viżta Pastorali tal-Arċisqof fil-Parroċċa tan-Naxxar

  • Għada s-Sibt, 20 ta’ Mejju 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jibda l-viżta pastorali fil-Parroċċa tan-Naxxar, fejn se jiltaqa’ mat-tfal u ż-żgħażagħ tal-parroċċa, ma’ dawk involuti fil-festa, mal-operaturi pastorali u mal-kumplament tal-komunità tan-Naxxar.

    Hawn taħt tista’ taqra l-messaġġ tal-Arċisqof Scicluna lill-parruċċani tan-Naxxar.

  • Kompli aqra »

Jitfakkar it-30 anniversarju mill-mewt ta’ Mons. Mikiel Azzopardi

  • Membri tal-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM), residenti u ħbieb tad-Dar tal-Providenza ħadu sehem f’ċelebrazzjoni ewkaristika fil-kappella tad-Dar biex jitfakkar it-30 anniversarju mill-mewt ta’ Mons. Mikiel Azzopardi, li waqqaf id-Dar fl-1965. Dun Mikiel, kif kien magħruf l-aktar, twieled fil-Belt Valletta fl-10 ta’ Frar 1910 u miet fit-13 ta’ Mejju 1987. Din l-inizjattiva tal-AKM bdiet 8 snin ilu u baqgħet issir kull sena…

  • Kompli aqra »

Il-vjaġġ tal-Familja Mqaddsa fl-Eġittu mistenni jsir wirt tal-UNESCO

  • Il-UNESCO qed tipprepara biex “Il-vjaġġ tal-Familja Mqaddsa”, li skont it-tradizzjoni hu l-vjaġġ li għamlu Marija, Ġużeppi u Ġesù fl-Eġittu sabiex jaħarbu mill-vjolenza ta’ Erodi, jitniżżel bħala “Wirt Dinji”. Hekk qal Adel Gindy, il-kap tar-relazzjonijiet internazzjoni tal-Awtorità Eġizzjana tat-Turiżmu.

    Jekk din issir, se tkun ta’ spinta għat-turiżmu fuq il-pajjiż, li tul l-aħħar snin sofra ħafna kawża tal-instabbiltà politika fir-reġjun u t-terroriżmu…

  • Kompli aqra »

L-Arċidjoċesi ta’ Baltimore twieġeb qabel ma Netflix toħroġ serje dwar qtil ta’ soru

  • Ħadd ma jaf min qatel lis-Soru Catherine Ann Cesnik, li kellha biss 26 sena.

    Is-Soru Cathy, kif kienu jsejħulha sħabha, inqatlet meta ħarġet tagħmel qadja, fil-lejla tas-7 ta’ Novembru 1969, fil-belt ta’ Baltimore, fl-istat Amerikan ta’ Maryland.

    Il-katavru tagħha nstab xahrejn wara ġo miżbla tal-iskart. Minn dak iż-żmien sal-lum, l-awtoritajiet baqgħu qatt ma sabu min qatilha u qatt ma ssolva l-misteru l-għaliex inqatlet…

  • Kompli aqra »

Pellegrinaġġ fl-Imsida bl-inkwatru titulari ta’ San Ġużepp

  • Biex jitfakkru l-150 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa tal-Imsida, nhar id-19 ta’ kull xahar, il-parroċċa qed togranizza attività marbuta mal-qaddis patrun tagħha San Ġużepp.

    Filfatt, għada l-Ġimgħa, 19 ta’ Mejju 2017, se jsir pellegrinaġġ bl-inkwatru titulari ta’ San Ġużepp b’Ġesù maġenbu. Dan hu l-istess inkwatru li normalment jintrama wara l-artal maġġur fil-knisja.

    Il-pellegrinaġġ se jibda b’quddiesa fis-6pm, li se tkun iċċelebrata mill-provinċjal tal-Franġiskani Minuri Patri Richard Grech, bis-sehem tal-orkestra u l-kor tat-tfal Shalom…

  • Kompli aqra »