Yearly Archives: 2017

Il-Papa Franġisku jibda l-vjaġġ appostoliku fl-Eġittu

  • Il-Papa Franġiksu ħalla l-ajruport ta’ Ruma biex jibda t-18-il vjaġġ appostoliku tiegħu fl-Eġittu.

    L-ajruplan mistenni jasal il-Kajr fis-sagħtejn ta’ waranofsinhar.  Waqt dan il-vjaġġ ta’ jumejn, il-Papa se jiltaqa’ mal-Patrijarka tal-Knisja Kopt-Ortodossa, Tawadros II, kif ukoll mal-Imam ta’ al-Azahar, Ahmed el-Tayeb.

    Matul iż-żjara pastorali, il-Papa se jiċċelebra quddiesa, jipparteċipa fil-Konferenza tal-Paċi, jiltaqa’ mal-membri tal-kleru, jħeġġeġ il-komunità żgħira ta’ Nsara fl-Eġittu biex ikomplu jkunu sodi fil-fidi tagħhom u anke jippromwovi d-djalogu bejn l-Iżlam u l-Kristjaneżmu…

  • Kompli aqra »

“Ħajjitna tkun sabiħa jekk tkun ħajja ta’ mħabba” – L-Arċisqof lill-istudenti ta’ Santa Monika

L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa mal-istudenti u staff tal-iskejjel ta' Santa Monika.

  • Nhar il-Ħamis, 27 ta’ April 2017, l-Arċisqof iċċelebra quddiesa lit-tfal u lill-istaff tat-tliet skejjel tas-sorijiet Agostinjani.  Il-quddiesa saret bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-venerabilità tal-fundatriċi tas-sorijiet, Suor Maria Teresa Spinelli. 
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Skola Santa Monika, Birkirkara

    27 ta’ April 2017

    Illum ltqajna biex ngħidu ‘grazzi’ lil Ġesù…

  • Kompli aqra »

Opportunità unika biex iżżur il-kunvent ta’ San Mark fir-Rabat

  • Mil-lum il-Ġimgħa 28 ta’ April sa nhar il-Ħadd 30 ta’ April, fil-kunvent tal-Agostinjani ta’ San Mark fir-Rabat se tkun għaddejja attività mhux tas-soltu.

    Wara 8 snin, il-patrijiet Agostinjani qed jerġgħu jistiednu lill-pubbliku sabiex iżur din il-ġawhra arkitettonika fir-Rabat.

    Kull min se jżur il-kunvent, mhux se japprezza biss is-sbuħija artistika tal-post, iżda japprezza wkoll il-ħajja komunitarja tar-reliġjużi Agostinjani, imsejsa fuq il-fidi u li ilhom għal aktar minn 600 sena jagħtu kontribut f’Malta…

  • Kompli aqra »

Jum il-Karità 2017

  • Il‑Knisja f’Malta ser tfakkar Jum il‑Karità nhar il‑Ħadd, 30 ta’ April 2017. Għal dan il‑għan, fi tmiem din il-ġimgħa ser isir ġbir fil-knejjes kollha waqt il-Quddies tas‑Sibt filgħaxija u tal‑Ħadd.

    Permezz tal‑flus miġbura ser jiġu megħjuna diversi persuni li jirrikorru għall-għajnuna fid-djar jew fl-entitajiet tal‑Knisja f’Malta. Il-persuni li ser jibbenefikaw mid-donazzjonijiet huma t-tfal u ż-żgħażagħ li fit‑trobbija tagħhom sabu ruħhom f’diffikultajiet serji, il‑persuni li għaddejjin minn vjolenza domestika, il‑persuni b’diżabbiltà, l‑immigranti u r‑refuġjati, l‑anzjani, il-familji fil‑bżonn, in‑nisa li jaqgħu fil‑prostituzzjoni u l‑persuni li jaqgħu fil‑vizzju ta’ droga, u dawk bla dar fejn joqogħdu…

  • Kompli aqra »

L-Insara huma msejħa biex ikunu xhieda ta’ ubbidjenza – Il-Papa Franġisku

  • Il-Ħamis, il-Papa Franġisku rrefletta fuq il-fatt li tkun Nisrani ma jfissirx li jkollok xi pożizzjoni soċjali. Waqt l-omelija tal-quddiesa f’Casa Santa Marta, il-Papa saħaq li l-Insara għandhom ikunu xhieda tal-ubbidjenza tal-Mulej, bħalma kien Ġesù.

    Il-Papa qal li “Il-ħajja tan-Nisrani mhix status soċjali. Mhi lanqas mod ta’ kif tgħix l-ispiritwalità biex tħossok tajjeb jew ftit aħjar…

  • Kompli aqra »

L-Isqfijiet jilqgħu l-ħatra ta’ Nunzju Appostoliku ġdid għal Malta

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Mario Grech jilqgħu l-ħatra mill-Papa Franġisku, ta’ Nunzju Appostoliku ġdid għal Malta, l-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Alessandro D’Errico. 

    L-Isqfijiet iwiegħdu lill-Arċisqof D’Errico t-talb tagħhom u tal-Insara f’Malta u Għawdex.

    L-Arċisqof Scicluna u l-Isqof Grech jirringrazzjaw lill-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Mario Roberto Cassari, Nunzju Appostoliku, li llum huwa rtirat.


    ✠ Charles J…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof Alessandro D’Errico jinħatar Nunzju Appostoliku ta’ Malta

  • IIlum, il‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku ħatar lill‑Eċċellenza Tiegħu Mons. Alessandro D’Errico, Arċisqof Titulari ta’ Carini u fil‑preżent Nunzju Appostoliku fil‑Kroazja, bħala Nunzju Appostoliku għal Malta.

    Mons. Alessandro D’Errico twieled f’Frattamaggiore f’Napli l‑Italja, fit‑18 ta’ Novembru 1950. Ġie ordnat saċerdot fl‑24 ta’ Marzu 1974 u ħadem fid‑Djoċesi ta’ Aversa. Għandu Dottorat fil‑Filosofija.

    Huwa studja fl‑Akkademja Pontifiċja Ekklesjastika f’Ruma u ngħaqad mas‑Servizz Diplomatiku tas‑Santa Sede fil‑5 ta’ Marzu fl‑1977…

  • Kompli aqra »

Hi responsabbiltà tagħna li nipproteġu siti sagri mir-rebgħa tal-flus – L-Arċisqof

Messaġġ mill-Arċisqof waqt ir-raba' 'workshop' imtella' f'Malta minn The Delos Initiative

  • It-Tnejn, 24 ta’ April 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna indirizza ir-raba’ laqgħa f’Malta ta’ The Delos Initiative, li ffokat fuq il-ħarsien ta’ siti importanti u sagri, b’emfasi primarjament fuq l-Iżlam u reliġjonijiet oħra.
  • Messaġġ mill-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Dar tal-Irtir Porzjuncola, Baħar iċ-Ċagħaq

    24 ta’ April 2017

    It is a pleasure for me to address this workshop of the Delos Initiative and to welcome you all to Malta…

  • Kompli aqra »

Filmat: Il-Papa jitlob għall-umiltà u l-għaqda waqt diskors ta’ TED

  • Il-Papa Franġisku mar lil hinn mill-modi tradizzjoni ta’ kif Papa jwassal il-messaġġ tiegħu.  Din id-darba, il-Papa għażel li jitkellem waqt attività ta’ TED.

    Din hi l-ewwel darba li Papa qatt tkellem waqt TED.

    TED, hi għaqda mhux governattiva, iddedikata li twassal l-ideat tan-nies f’diskorsi qosra. Dik li fl-1984 bdiet bħala konfernza dwar it-teknoloġija, divertiment u d-disinn, illum jipprovdi diskorsi dwar suġġetti differenti u mingħand nies li ġejjin minn setturi diversi…

  • Kompli aqra »

Jinħeles il-patri Ġiżwita li nħataf fin-Niġerja

  • Inħeles Patri Samuel Okwuidegbe, il-patri Ġiżwita Niġerjan ta’ 50 sena li l-ġimgħa l-oħra nħataf minn grupp ta’ nies mhux magħrufa waqt li kien sejjer jagħmel irtir.

    Patri Samuel inħeles nhar is-Sibt 22 ta’ April u mhux magħruf ir-raġuni għaliex inħataf u nħeles.

    Il-ħtif sar fi triq li tgħaqqad Benin City ma’ Onitsha.

    Fl-aħħar snin għadd ta’ qassisin u reliġjużi nħatfu fin-Niġerja, l-aktar fin-nofsinhar tal-pajjiż, bil-għan li jieħdu somma flus minn fuqhom…

  • Kompli aqra »