Yearly Archives: 2017

An Open Door to an Empty Tomb

Artiklu mill-Arċisqof Charles J. Scicluna ppublikat f'The Sunday Times of Malta f'Ħadd il-Għid

  • The first image that comes to mind on Easter Sunday, is that of an open door to an empty tomb. We are in a garden, very close to a small hill which was used as the execution venue for slaves and Jews. On that hill, a carpenter from Nazareth, a man by the name of Jesus, was crucified. There were with him two thieves…

  • Kompli aqra »

Fast and Furious 8

  • ****

    Direttur: F. Gary Gray

    Atturi: Vin Diesel, Dwayne Johnson, Jason Statham, Michelle Rodriguez, Tyrese Gibson, Chris Bridges, Nathalie Emmanuel u Kurt Russell

    Ħin tal-Film: 136 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12 

    Domnic Torretto u Letty Ortiz jinsabu jgawdu qamar il-għasel, waqt li Brian u Mia illum il-ġurnata, huma rtirati bħal kumplament tat-tim li fil-passat kienu jduru madwar id-dinja għat-tlielaq tal-karrozzi veloċi…

  • Kompli aqra »

Il-Papa waqt il-Via Crucis fil-Kolossew: ‘Nistħu għal dnubietna, b’tama fil-ħniena ta’ Alla’

  • About 20,000 faithful were present tonight, April 14, 2017, at the traditional Via Crucis (Way of the Cross) presided over by Pope Francis near the Colosseum in Rome. With much security amidst a climate of meditation and prayer, thousands of small flames of the candles that illuminated the night. The texts of this year’s meditations for the Stations of the Cross were prepared by French biblical scholar, and winner of the prestigious Ratzinger Prize, Anne-Marie Pelletier…

  • Kompli aqra »

‘Aħna lkoll sallabna lil Ġesù, aħna lkoll midjunin miegħu’ – L-Arċisqof

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi l‑Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej

  • Fil-Ġimgħa l-Kbira, 14 ta’ April 2017, fit-3:30 p.m., l-Arċisqof mexxa l‑Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann.
  • Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq Youtube
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    14 ta’ April 2017

    “Hu offra ruħu għall-mewt, u kien magħdud mal-midinbin, hu li neħħa l-ħtijiet tal-kotra u ndaħal għall-midinbin” (Iż 53, 12)…

  • Kompli aqra »

“L-Ewkaristija tisfidana biex nippurifikaw u nwessgħu l-imħabba tagħna” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa tat-Tifkira tal-Ikla tal-Mulej, f'Ħamis ix-Xirka

  •  
  • Il-Ħamis ix-Xirka filgħaxija, 13 ta’ April 2017, fis-6:30 p.m, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra t-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn ħasel riġlejn persuni li jirrappreżentaw lill-komunità Nisranija, fosthom familja, persuna li kkonvertiet għall‑fidi Kattolika, soru tal-Ursolini u djaknu.
  • Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi l-Via Sacra Nazzjonali fil-Belt Valletta

  • Nhar l-Erbgħa 12 ta’ April 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa l-Via Sacra Djoċesana, li bdiet fis-7:00 p.m., minn Bieb il-Belt u spiċċat quddiem il-KonKatidral ta’ San Ġwann.  Matul Triq ir-Repubblika ntramaw l-istazzjonijiet tal-Via Sacra. L-Arċisqof Scicluna kien akkumpanjat mill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona u l-Vigarju Ġenerali Joe Galea Curmi.
  • Kompli aqra »

“Il-ħajja tas-saċerdot hija wkoll immarkata bit-taqtigħa kontinwa ma’ Satana u l-periklu tar-rifjut” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa tal-Griżma, f'Ħamis ix-Xirka

  • Il-Ħamis, 13 ta’ April 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra l‑Quddiesa tal‑Griżma f’Ħamis ix-Xirka, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

  • Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    13 ta’ April 2017

    “Ġesù ġie f’Nazzaret fejn kien trabba” (Lq 4, 16)…

  • Kompli aqra »

Segwi ‘live’ ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa 2017

  • Ħamis ix-Xirka – Il-Quddiesa tal-Griżma
  • Għada l-Ħamis, 13 ta’ April 2017, fid-9:00 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Griżma, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
  • Segwi ‘live’ fuq YouTube
  • Ħamis ix-Xirka – It-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
  • Għada wkoll, il-Ħamis, 13 ta’ April, fis-6:30 p.m., fil-Konkatidral ta’ San Ġwann , ser issir iċ-ċelebrazzjoni tat-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej fejn l-Arċisqof Charles J…
  • Kompli aqra »

Dettalji dwar iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi ta’ matul il-Ġimgħa Mqaddsa 2017

  • Ħamis ix-Xirka filgħodu – Il-Quddiesa tal-Griżma
  • Din hija l‑unika Quddiesa li tiġi ċċelebrata f’Ħamis ix‑Xirka filgħodu, mill‑Arċisqof u mis‑saċerdoti. L‑emfasi tagħha huwa fuq l‑għaqda li Ġesù xtaq li jkun hemm bejn dawk li jemmnu fih, b’mod speċjali dawk li ġew afdati biex ikomplu l‑ħidma tiegħu. F’din il‑Quddiesa, is‑saċerdoti jġeddu l‑wegħdiet tal‑ordinazzjoni saċerdotali tagħhom b’tiġdid ta’ impenn tal‑għaqda bejniethom u mal‑isqof tagħhom…

  • Kompli aqra »

Avviż

  • Ġentilment ninfurmawkom li minn għada l-Ħamis, 13 ta’ April, sa nhar it-Tnejn, 17 ta’ April 2017, il-Kurja tal-Arċisqof, inkluż l-Uffiċċji tal-Caritas, il-Furjana, ser ikunu magħluqa għall-festi tal-Għid.

    L-Uffiċċju Żwiġijiet, il-Furjana u t-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa minn għada l-Ħamis, 13 ta’ April, sal-Ħamis, 20 ta’ April 2017.

  • Kompli aqra »