Yearly Archives: 2017

L-Evanġelju tal-Ħadd: 18 ta’ Ġunju

  • Il-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Kristu – Solennità

    San Ġwann 6:51-58

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja”.

    Fuq hekk il-Lhud tlewmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Ġunju

  • San Mattew 5:33-37 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu wkoll x’intqal lin-nies ta’ dari: “Tonqosx mill-wegħda li ħlift imma rodd lill-Mulej il-wegħdiet li ħliftlu”.

    Imma jiena ngħidilkom biex ma taħilfu xejn, u la bis-sema, għax hu t-tron ta’ Alla, u la bl-art, għax fuqha jserraħ riġlejh, u lanqas b’Ġerusalemm, għaliex hija l-Belt tas-Sultan il-kbir. U lanqas b’rasek ma għandek taħlef, għaliex inti anqas biss xagħra waħda ma għandek ħila tagħmilha bajda jew sewda…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Ġunju

  • San Mattew 5:27-32

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu xi ntqal: “La tagħmilx adulterju”. Imma jiena ngħidilkom li kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu.

    Jekk għajnek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqlagħha barra u armiha ’l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jinxteħet fl-infern…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Ġunju

  • San Mattew 5:20-26 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari: “La toqtolx”. Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jien ngħidilkom li l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh. Jekk imbagħad xi ħadd lil ħuh jgħidlu: “Ġifa”, ikun ħaqqu l-kundanna tas-Sinedriju; u jekk jgħidlu: “Iblah”, ikun ħaqqu n-nar tal-infern…

  • Kompli aqra »

Refuġjat fi Franza jiġi Malta biex jara lil bintu għall-ewwel darba

  • Wara sentejn ‘il bogħod minn martu u minn bintu li qatt ma ra, Gnagbo Maxime Ani, missier mill-Kosta tal-Ivorju, reġa’ ngħaqad mal-familja li tinsab f’Malta.

    Gnagbo Maxime Ani, flimkien ma’ martu, Ester Mohiri Zepre, li kienet qed tistenna tarbija, fit-2 ta’ April 2015, kienu fost grupp ta’ migranti li qasmu b’dgħajsa mil-Libja għall-Ewropa. Waqt il-vjaġġ, feġġew ċirkustanzi li minħabba fihom Ester ġiet elevata b’ħelikopter u mwassla l-Isptar Mater Dei, f’Malta…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-adolexxenti li għamlu l-Griżma fil-Mellieħa

L-Arċisqof jamministra l-għoti tas-Sagrament tal-Griżma lill-adoloxxenti tal-parroċċi tal-Mellieħa

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Parroċċa tal-Mellieħa

    3 ta’ Ġunju 2017

    Illum, fis-Salm Responsorjali, mis-Salm 50, tlabna din it-talba: “Oħloq fija qalb safja, O Alla, u spirtu qawwi ġedded fija. La twarrabnix minn quddiemek, tneħħix minni l-ispirtu qaddis tiegħek” (vv.12-13). Din it-talba, għeżież żgħażagħ ta’ din il-parroċċa għażiża u antika, aħna, jiġifieri il-parrinit u l-ġenituri tagħkom, il-ħbieb u l-familja li qegħdin hawn, illum din it-talba nagħmluha għal kull wieħed u waħda minnkom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Ġunju

  • San Mattew 5:17-19 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom.

    Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox. Jekk mela xi ħadd iġib fix-xejn wieħed mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet…

  • Kompli aqra »

Baywatch

  • ***

    Direttur:          Seth Gordon

    Atturi:              Dwayne Johnson, Zac Efron, Alexandra Daddario, David Hasselhoff,  PrIyanka Chopra, Kelly Rohrbach u John Bass

    Ħin tal-Film:    116 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18

     

    Fil-Bajja Emerald, ġewwa Florida, Lt. Mitch Buchannon u t-tim tiegħu ta’ lifeguards, li fosthom kien hemm Stephanie Holden u l-veteran C.J…

  • Kompli aqra »

My Cousin Rachel

  • ***

    Direttur:          Roger Michell

    Atturi:              Rachel Weisz, Sam Claflin, Iain Glen, Holliday Grainger, Andrew Knott, Poppy Lee Friar, Katherine Pearce u Simon Russel Beale

    Ħin tal-Film:    106 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      15


    Ambrose Ashley, proprjetarju ta’ estate kbir qrib Cornwall, hu l-kuratur ta’ Phililp, il-kuġin tiegħu minħabba li kien għadu taħt l-età…

  • Kompli aqra »

L-inawgurazzjoni tal-Maestro di Cappella tal-Katidral

  • c

    Is‑serata ta’ inawgurazzjoni tibda fis‑6:00 p.m. b’quddiesa ċċelebrata mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna. Wara l-Quddiesa jsir il‑kunċert mill‑Maestro di Cappella, b’repertorju li jikkonsisti f’siltiet ta’ mużika klassika mill‑kompożituri Johann Sebastian Bach, Felix Mendelssohn, Gabriel Pierne u Julius Reubke.

    Il-Maestro Hamish Dustagheer, pjanista u organista, twieled fl‑1992 u studja fir‑Royal College of Music ta’ Londra. Fl‑2016, Dustagheer temm b’suċċess kors post‑graduate mill‑Università ta’ Oxford, fejn gradwa b’Master fil‑Filosofija fil‑Mużika minn New College…

  • Kompli aqra »