Yearly Archives: 2017

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Mejju

  • San Ġwann 16:16-20

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”. Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom: “X’ifisser dan li qiegħed jgħid: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”, u li: “Jiena sejjer għand il-Missier”?”. Għalhekk qalu: “X’inhu dan il-“ftit ieħor” li hu qiegħed jgħid? …

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ mar-residenti ta’ Roseville

L-Arċisqof jiltaqa' u jiċċelebra Quddiesa mar-residenti u l-ħaddiema tad-dar tal-anzjani Roseville

  • Nhar il-Ħamis, 18 ta’ Mejju 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar ir-residenti u l-ħaddiema tad-dar tal-azjani ‘Roseville’ f’Ħ’Attard. fejn iċċelebra wkoll Quddiesa.
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Dar tal-anzjani ‘Roseville’, Ħ’Attard

    18 ta’ Mejju 2017

    L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja ħafna lill-management ta’ Roseville House li stedinni biex inkun magħkom u nieħu pjaċir ħafna li ltqajna hawnhekk għal din il-quddiesa…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jiltaqa’ mal-President Trump

  • L-Erbgħa filgħodu, Donald Trump, il-President Amerikan, iltaqa’ mal-Papa Franġisku fejn qattgħu nofsiegħa jitkellmu wara bibien magħluqa fil-Vatikan.

    Wara, il-mexxej Amerikan iltaqa mas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, flimkien mal-Arċisqof Paul Gallagher, is-Segretarju tas-Santa Sede għar-Relazzjonijiet mal-Pajjiżi.

    Trump, kien akkumpanjat minn martu Melania, kif ukoll minn bintu u r-raġel tagħha, li qabel ma waslu l-Vatikan żaru wkoll l-Arabja Sawdija, l-Iżrael u l-Palestina. 

    Wara l-udjenza mal-Papa, Trump żar il-Bażilika ta’ San Pietru u l-Kappella Sistina u kompla triqtu għall-Palazz Quirinale għal laqgħa mal-President Taljan Sergio Mattarella…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Mejju

  • San Ġwann 16:12-15 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom.

    Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni.

    Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom. Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi…

  • Kompli aqra »

“Ressaq lill-poplu ta’ din il-parroċċa żagħżugħ lejn Alla” L-Arċisqof lill-kappillan il-ġdid ta’ Pembroke

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-pussess tal-kappillan il-ġdid ta' Pembroke, Dun Reuben Micallef

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna 
  • Pussess tal-Kappillan Dun Reuben Micallef

    Parroċċa ta’ Pembroke

    21 ta’ Mejju 2017

    Għażiż Kappillan, Dun Reuben, Eċċellenza, għeżież membri ta’ din il-komunità u anke ħbieb ta’ Fr Reuben, mhux biss nilqagħkom imma huwa ta’ ferħ kbir għalija li nkun magħkom, naqsam magħkom din il-kelma ta’ Alla li għadna kemm smajna…

  • Kompli aqra »

Il-Knisja Kattolika tikkundanna l-attakk terroristiku f’Manchester

  • Il-Papa Franġisku bagħat telegramm biex jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familjari tal-vittmi tal-attakk suwiċida tat-Tnejn filgħaxija f’Manchester, l-Ingilterra. Il-Papa kkundanna l-attakk li ħa l-ħajja ta’ 22 żagħżugħ u żagħżugħa u weġġa’ aktar minn 59 persuna oħra.


    Hawnhekk tista’ taqra t-telegramm li bagħat il-Papa: 

    His Holiness Pope Francis was deeply saddened to learn of the injury and tragic loss of life caused by the barbaric attack in Manchester, and he expresses his heartfelt solidarity with all those affected by this senseless act of violence…

  • Kompli aqra »

“Min ixandar il-Kelma jrid jagħti ħajtu billi jxandarha dejjem u kullimkien” – L-Arċisqof lis-seminaristi li ngħataw il-Lettorat

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jagħti l-Ministeru tal-Lettorat lil erba' seminaristi

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Is-Seminarju, Tal-Virtu, ir-Rabat

    19 ta’ Mejju 2017

    “Kull ma smajt mingħand Missieri, jiena għarraftulkom” (Ġw 15, 15).  L-ewwel atteġġjament li juża’ Ġesù, kull Nisrani, biex jiddeskrivi lilu nifsu, huwa l-atteġġjament tas-smigħ: “Kull ma smajt mingħand Missieri”.

    Dan l-atteġġjament huwa atteġġjament ta’ ubbidjenza. “Fil-bidu tal-ktieb hemm miktub fuqi biex jiena nagħmel ir-rieda tiegħu”…

  • Kompli aqra »

Referenza għar‑riklam ippubblikat minn Maltese Catholics United for the Faith

  • L‑Arċidjocesi ta’ Malta tavża li m’għandhix x’taqsam ma’ kull tip ta’ propoganda li ssir taħt l‑isem Maltese Catholics United for the Faith, filwaqt li tirrispetta d‑dritt tal‑libertà tal‑espressjoni ta’ kull individwu jew entità oħra.

    L‑Arċidjocesi ta’ Malta twassal it‑tagħlim tal‑Knisja mingħajr ma tuża ebda isem ieħor, u tħeġġeġ lil kulħadd biex fit‑3 ta’ Ġunju li ġej jaqdi dmiru b’responsabbiltà, kif qalu l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex fl‑Ittra Pastorali għall‑Elezzjoni Ġenerali 2017

  • Kompli aqra »

Il-Filippini jipprojbixxi d-dendil ta’ kuruni tar-rużarju u simboli oħra reliġjużi fil-karozza

  • L-awtoritajiet Filippini pprojbixxu li jiddendlu kuruni tar-rużarju jew jitpoġġew xi statwetti mad-dashboards tal-karozza, u dan minħabba raġunijiet ta’ sigurtà. Din id-deċiżjoni ġabet magħha ftit ta’ kontroversja, bil-Knisja Kattolika fil-Filippini tinsisti li dawn is-simboli huma intervent divin għat-toroq kaotiċi tal-pajjiż.

    Il-projbizzjoni, li se tidħol fis-seħħ minn nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Mejju 2017, hija parti minn serje ta’ inizjattivi li qed jittieħdu sabiex is-sewwieqa ma jkollhomx ħafna distrazzjonijiet waqt is-sewqan…

  • Kompli aqra »