Yearly Archives: 2017

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Mejju

  • San Ġwann 15:18-21

    Fdak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom. 

    Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom.

    Ftakru fil-kelma li għedtilkom: il-qaddej mhuwiex akbar minn sidu. Jekk ippersegwitaw lili, għad jippersegwitaw lilkom ukoll; jekk ħarsu l-kelma tiegħi, għad iħarsu tagħkom ukoll…

  • Kompli aqra »

Viżta Pastorali tal-Arċisqof fil-Parroċċa tan-Naxxar

  • Għada s-Sibt, 20 ta’ Mejju 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jibda l-viżta pastorali fil-Parroċċa tan-Naxxar, fejn se jiltaqa’ mat-tfal u ż-żgħażagħ tal-parroċċa, ma’ dawk involuti fil-festa, mal-operaturi pastorali u mal-kumplament tal-komunità tan-Naxxar.

    Hawn taħt tista’ taqra l-messaġġ tal-Arċisqof Scicluna lill-parruċċani tan-Naxxar.

  • Kompli aqra »

Jitfakkar it-30 anniversarju mill-mewt ta’ Mons. Mikiel Azzopardi

  • Membri tal-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM), residenti u ħbieb tad-Dar tal-Providenza ħadu sehem f’ċelebrazzjoni ewkaristika fil-kappella tad-Dar biex jitfakkar it-30 anniversarju mill-mewt ta’ Mons. Mikiel Azzopardi, li waqqaf id-Dar fl-1965. Dun Mikiel, kif kien magħruf l-aktar, twieled fil-Belt Valletta fl-10 ta’ Frar 1910 u miet fit-13 ta’ Mejju 1987. Din l-inizjattiva tal-AKM bdiet 8 snin ilu u baqgħet issir kull sena…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Mejju

  • San Ġwann 15:12-17

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom.

    Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kulma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom…

  • Kompli aqra »

Il-vjaġġ tal-Familja Mqaddsa fl-Eġittu mistenni jsir wirt tal-UNESCO

  • Il-UNESCO qed tipprepara biex “Il-vjaġġ tal-Familja Mqaddsa”, li skont it-tradizzjoni hu l-vjaġġ li għamlu Marija, Ġużeppi u Ġesù fl-Eġittu sabiex jaħarbu mill-vjolenza ta’ Erodi, jitniżżel bħala “Wirt Dinji”. Hekk qal Adel Gindy, il-kap tar-relazzjonijiet internazzjoni tal-Awtorità Eġizzjana tat-Turiżmu.

    Jekk din issir, se tkun ta’ spinta għat-turiżmu fuq il-pajjiż, li tul l-aħħar snin sofra ħafna kawża tal-instabbiltà politika fir-reġjun u t-terroriżmu…

  • Kompli aqra »

L-Arċidjoċesi ta’ Baltimore twieġeb qabel ma Netflix toħroġ serje dwar qtil ta’ soru

  • Ħadd ma jaf min qatel lis-Soru Catherine Ann Cesnik, li kellha biss 26 sena.

    Is-Soru Cathy, kif kienu jsejħulha sħabha, inqatlet meta ħarġet tagħmel qadja, fil-lejla tas-7 ta’ Novembru 1969, fil-belt ta’ Baltimore, fl-istat Amerikan ta’ Maryland.

    Il-katavru tagħha nstab xahrejn wara ġo miżbla tal-iskart. Minn dak iż-żmien sal-lum, l-awtoritajiet baqgħu qatt ma sabu min qatilha u qatt ma ssolva l-misteru l-għaliex inqatlet…

  • Kompli aqra »

Pellegrinaġġ fl-Imsida bl-inkwatru titulari ta’ San Ġużepp

  • Biex jitfakkru l-150 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa tal-Imsida, nhar id-19 ta’ kull xahar, il-parroċċa qed togranizza attività marbuta mal-qaddis patrun tagħha San Ġużepp.

    Filfatt, għada l-Ġimgħa, 19 ta’ Mejju 2017, se jsir pellegrinaġġ bl-inkwatru titulari ta’ San Ġużepp b’Ġesù maġenbu. Dan hu l-istess inkwatru li normalment jintrama wara l-artal maġġur fil-knisja.

    Il-pellegrinaġġ se jibda b’quddiesa fis-6pm, li se tkun iċċelebrata mill-provinċjal tal-Franġiskani Minuri Patri Richard Grech, bis-sehem tal-orkestra u l-kor tat-tfal Shalom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Mejju

  • San Ġwann 15:9-11

    Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi.

    Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu.

    “Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.”

    Qaddisin tal-jum: San Venanzju u San Ġwann I

  • Kompli aqra »

Il-Papa jħeġġeġ lill-President Macron biex isaħħaħ l-għeruq Insara ta’ Franza

  • Il-Papa Franġisku bagħat telegramma lill-President il-ġdid ta’ Franza, Emmanuel Macron, u awguralu li f’din il-kariga l-ġdida, jibqa’ jagħti appoġġ lit-tradizzjonijiet spiritwali u morali tal-pajjiż, inkluż fejn jidħol il-Kristjaneżmu.

    “Nitlob li l-Mulej jagħtik l-għajnuna kollha tiegħu sabiex il-pajjiż tiegħek, li hu mgħoni bi tradizzjonijiet morali u wirt spiritwali, immarkati wkoll bit-tradizzjoni Nisranija, jaħdem biex ikompli jibni soċjetà aktar ġusta u fraterna,” qal il-Papa Franġisku…

  • Kompli aqra »

Malta tieħu sehem f’laqgħa Ewropea għall-Kattoliċi nieqsa mis-smigħ

  • Delegazzjoni Maltija magħmula minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, is-Sur Natalino Psaila li huwa persuna nieqes mis-smigħ u is-Sinjura Rita Portelli interpretu tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija ħadu sehem fit-tieni laqgħa Ewropeja għall-Kattoliċi Nieqsin mis-Smigħ li saret fil-Belt ta’ Praga fir-Repubblika Ċeka. 

    Din il-laqgħa, li ssir kull sentejn, tlaqqa’ flimkien rappreżentanti tal-Knisja Kattolika mill-pajjiżi tal-Ewropa li huma involuti fil-pastorali mal-persuni nieqsa mis-smigħ sabiex jaqsmu flimkien esperjenzi, proġetti u anke d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fil-pajjiżi rispettivi tagħhom…

  • Kompli aqra »