Yearly Archives: 2017

Lady Macbeth

  • Direttur:          William Oldroyd

    Atturi:              Florence Pugh, Cosmo JarvIs, Paul Hilton, Naomi Ackie u Christopher Fairbank

    Ħin tal-Film:    89 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18

    L-istorja tal-film teħodna fil-grigal tal-Ingilterra fis-sena 1865 fejn niltaqgħu ma’ Katherine, tfajla ta’ dsatax-il sena li tingħata fi żwieġ lil Alexander, raġel bil-wisq ikbar minnha fl-età, infeliċi ħafna u sesswalment inadegwat…

  • Kompli aqra »

Alien: Covenant

  • Direttur:          Ridley Scott

    Atturi:         Michael Fassbender, Katherine Waterston, Billy Crudup, Danny McBride, Demiàn Bichir, Carmen Ejogo, Amy Seimetz u Jussie Smollett

    Ħin tal-Film:   123 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18

    Il-film Alien: Covenant,  hi l-istorja li tkompli fuq  il-film Prometheus, li d-direttur Ridley Scott kien iddirieġa fl-2012…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Mejju

  • San Ġwann 15:1-8

    “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija…

  • Kompli aqra »

Il-Papa lill-plejers ta’ Juventus u Lazio: Kunu eżempji ta’ lealtà u onestà

  • “Iċ-champions tal-isport għandhom ikunu dejjem eżempji ta’ lealtà u djalogu, l-aktar għaż-żgħażagħ”, hekk qal il-Papa Franġisku lill-plejers ta’ Juventus u Lazio u lid-diriġenti tal-Lega Nazionale Professionisti Serie A, lejlet il-logħba finali tal-Coppa Italia.

    Fis-Sala Clementina fil-Vatikan, il-Papa tkellem fuq l-importanza tal-isport fil-ġurnata tal-lum. Faħħar lill-Juventus u Lazio talli huma “żewġ timijiet li minħabba jiksbu riżultati tajbin, huma maħbuba ħafna mill-isportivi”, u dan, saħaq il-Papa, “ifisser aktar impenn biex ikunu xhieda tal-valuri tal-isport”…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jindirizza The State of Europe Forum 2017

  • Watch on YouTube
  •  
  • Message by Archbishop Charles J. Scicluna
  • The State of Europe Forum, Saint John’s CoCathedral, Valletta 8th May 2017   I would like to offer a short refelection on the theme of healing by asking you to concentrate your focus on the beautiful marble sculpture which is the focal point of the CoCathedral dedicated to the patron of the Order of St John, St John the Baptist…
  • Kompli aqra »

Familja Maltija tiltaqa’ mal-Papa biex tirrappreżenta l-familji tal-Azzjoni Kattolika

  • Fil-jiem li għaddew, f’Ruma sar kungress sabiex ifakkar il-150 sena minn meta twaqqfet l-Azzjoni Kattolika.

    Għal dan il-għan, aktar minn 300 persuna, fosthom kardinali, isqfijiet, saċerdoti u lajċi minn 52 pajjiż differenti nġabru sabiex jiddiskutu u jfakkru dan l-avveniment.

    F’isem Malta kien hemm il-President tal-Azzjoni Kattolika Maltija Josef Debono, il-Vici President Marija Cachia, il-President tal-Azzjoni Kattolika f’Għawdex Antoine Vassallo u l-Assistent Ekkleżjastiku tal-fergħa taż-Żgħażagħ Fr Reuben Gauci…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Mejju

  • San Ġwann 14:27-31

    Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’. Smajtu x’għedtilkom: Jiena sejjer u nerġa’ niġi għandkom. Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni. 

    U għedtilkom dan minn issa qabel ma jseħħ, biex meta jseħħ temmnu. M’iniex se nkellimkom iżjed fit-tul, għax il-Prinċep tad-dinja ġej…

  • Kompli aqra »

Filmat: “Meta fis-soċjetà jinbtu l-veleni tal-korruzzjoni jidħol velenu li jwassal għal kunflitti soċjali” – L-Arċisqof

  •  
  • Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konferenza ‘Soċjetà Ġusta Għal Żminijietna’

    13 ta’ Mejju 2017

    Insellem lil kull min qiegħed jieħu sehem f’din il‑konferenza mnedija mis‑Segretarjat Assistenza Soċjali tal‑Azzjoni Kattolika Maltija, bit‑tema importanti u essenzjali ‘Soċjetà Ġusta Għal Żminijietna’.

    Id‑domanda li b’mod naturali wieħed jagħmel lill‑Isqof hi kif il‑Knisja tista’ tikkontribwixxi biex uliedha jaħdmu għal soċjetà ġusta…

  • Kompli aqra »

Jintgħażel il-logo tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Panama

  • Hekk kif baqa’ ftit iktar minn 600 jum biex fil-Panama jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, ntgħażel il-logo ta’ din il-festa.

    Hi t-tpinġija ta’ Ambar Calvo, studenta universitarja ta’ 20 sena mill-Panama, li se tibda tintuża minn issa sas-27 ta’ Jannar 2019.

    Il-logo, li għandu forma ta’ qalb u tal-ittra “M” (għal Marija), hu maqsum f’ħames biċċiet: jidher il-kanal tal-Panama li jirrappreżenta t-triq tal-pellegrin fil-mixja tiegħu lejn Ġesù, silhouette tal-post fejn se jilqa’ l-pellegrini, is-salib tal-pellegrini, silhouette tal-Madonna u ħames ċrieki bojod li jirrappreżentaw il-kontinenti tad-dinja u fl-istess ħin anke l-kuruna fuq ras il-Madonna…

  • Kompli aqra »

Għażla għall-ġid komuni u għal soċjetà ġusta

  • Fit-3 ta’ Ġunju li ġej, kull ċittadin għandu responsabbiltà li jagħżel lil min se jafda t-tmexxija ta’ pajjiżna fis-snin li ġejjin. L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Mario Grech jgħidu li din hi responsabbiltà serja li titlob minna li nippreparaw ruħna sew ħalli nagħmlu deċiżjoni infurmata, u li nivvutaw skont il-kuxjenza.

    L-Isqfijiet jgħidu wkoll li din ir-responsabbiltà titlob minna li nagħżlu persuni ta’ għaqal u integrità, li jgħożżu u jħaddnu l-valuri etiċi li nemmnu fihom bħala Insara…

  • Kompli aqra »