Yearly Archives: 2017

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Mejju

  • San Ġwann 14:1-6 

    “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet; li ma kienx hekk, kont ngħidilkom. Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu. U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll. U t-triq għall-post fejn sejjer tafuha.”

    Tumas qallu: “Mulej, aħna ma nafux fejn inti sejjer…

  • Kompli aqra »

Għoxrin proposta lill-partiti politiċi għall-elezzjoni ġenerali 2017

  • Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tappella lill‑partiti politiċi biex f’dan iż‑żmien ta’ qabel l‑elezzjoni ġenerali 2017 ma jagħmlux wegħdiet li mhumiex sostenibbli li mbagħad jispiċċa jbati minnhom kulħadd b’mod speċjali dawk l‑aktar vulnerabbli. Il‑KA tappella lill‑partiti biex iwiegħdu li fil‑qasam tal‑ambjent jimpenjaw ruħhom biex jipproteġu l‑ambjent naturali, iż‑żoni li huma barra miż‑żoni tal‑iżvilupp, u l‑bini li għandu valur storiku u arkitettoniku…

  • Kompli aqra »

Filmat: Il-Papa jibgħat messaġġ lill-Portugiżi qabel ma jitlaq lejn Fatima

  •  
  • Il-Papa Franġisku bagħat messaġġ lill-poplu tal-Portugall hekk kif qed jipprepara ruħu għall-vjaġġ appostoliku ġo Fatima, fl-okkażjoni tal-100 sena minn meta l-Madonna dehret għall-ewwel darba lit-tliet itfal ragħajja fit-13 ta’ Mejju 1917.

    Fil-filmat, il-Papa qal li jinsab ftit sigħat ‘il bogħod mill-pellegrinaġġ ta’ Fatima u jinsab ħerqan li se jmur fid-dar tal-Omm.

    “Naf li xtaqtu tilqgħuni fid-djar tagħkom, fil-komunitajiet tagħkom u fl-irħula fejn tgħixu: Irċevejt l-istedina tagħkom”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Mejju

  • San Ġwann 13:16-20

    Tassew tassew ngħidilkom, l-ilsir mhuwiex aqwa minn sidu, anqas il-messaġġier mhu aqwa minn min jibagħtu. Jekk dawn il-ħwejjeġ tafuhom, henjin intom jekk tagħmluhom.

    Jien m’iniex ngħid għalikom ilkoll, għax jien naf x’nies għażilt, imma għandha sseħħ l-Iskrittura li tgħid, ‘Min kiel il-ħobż miegħi, tani bis-sieq.’ Dan qiegħed ngħidu minn issa, qabel ma jiġri, biex, meta jiġri, temmnu li jiena hu…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof lill-youth leaders: X’hemm isbaħ minn li tgħin lil xi ħadd mingħajr ħafna daqq?

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-youth leaders li attendew għall-konferenza taż-żgħażagħ 'Plexus'

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konferenza ‘Plexus’, Sant’Agata, ir-Rabat

    7 ta’ Mejju 2017

    Ġesù għalfejn? Ġesù għandna bżonnu?  Nissuġġerilkom li dak il-ħin tiftakru fl-aħħar vers tal-Evanġelju li għandna kemm smajna u li faċli wkoll tiftakar il-quote tiegħu għax huwa Ġwanni 10, 10: “Jiena ġejt biex ikollkom il-ħajja, u l-ħajja bil-kotra” (Ġw 10, 10), life to the full

  • Kompli aqra »

L-Isqfijiet Amerikani jwiegħdu ħidma biex titneħħa s-sentenza tal-mewt

  • L-Isqfijiet tal-Istati Uniti kienu minn tal-ewwel li ffirmaw u wegħdu li se jagħmlu l-għalmu tagħhom sabiex tintemm il-piena kapitali. 

    Kull persuna li ffirmat, wegħdet li teduka, tgħin u titlob sabiex jitneħħa darba għall-dejjem dan il-kastig.

    Il-karta tal-wegħda li ffirmaw, tibda bi frażi tal-Papa Franġisku: “Kull Nisrani u kull persuna ta’ rieda tajba huma msejħa biex jiġġieldu mhux biss l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fil-forom kollha tagħha, kemm jekk legali jew illegali, iżda wkoll biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħabsijiet u jkun hemm rispett għad-dinjità tal-bniedem, li hu mċaħħad mil-libertà.”

    Din il-kampanja ta’ għarfien qed tiġi organizzata mill-Catholic Mobilizing Network…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: Ħarsu lejn Marija, Omm it-tama

  • Waqt l-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa, il-Papa Franġisku kompla bil-katekeżi fuq it-tama tan-Nisrani u l-importanza li fil-Madonna naraw it-tama.

    Lejlet il-vjaġġ appostoliku ġo Fatima, il-Papa ddeskriva lil Marija bħala l-Omm tat-Tama, u żied jgħid li hi mara ta’ kuraġġ, perseveranza u ubbidjenza.

    Lill-eluf ta’ pellegrini u turisti miġbura fi Pjazza San Pietru, il-Papa qal, “L-esperjenza materna tal-Madonna hi bħal dik ta’ ħafna ommijiet oħra madwar id-dinja … ommijiet li kellhom iħabbtu wiċċhom mat-tbatija tat-tfal tagħhom.”

    Kompla jgħid li b’kuraġġ kbir aċċettat il-vokazzjoni u l-ħajja ġdida li ġiet afdata…

  • Kompli aqra »

Guardians of the Galaxy Vol. 2

  • Direttur:          James Gunn

    Atturi:              Chris Pratt, Zoe Saldana, Vin Diesel, Dave Bautista, Bradley Cooper, Michael Rooker, Karen Gillan u Sean Gunn

    Ħin tal-Film:    136 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      12

    Fl-2014, il-Gwardjani tal-Galassja – Peter Quill, Gamora, Drax, Rocket u Groot isiru famużi wara li rrnexxielhom jegħlbu lil Ronan, The Accuser…

  • Kompli aqra »

Il-Knisja ta’ Marsaxlokk tingħata t-titlu ta’ Santwarju Marjan

L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa f'Marsaxlokk f'Jum id-Devozzjoni lill-Madonna tar-Rużarju ta' Pompej

  • Nhar it-Tnejn, 8 ta’ Mejju 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ta t-titlu ta’ Santwarju Marjan, lill-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Pompej, f’Marsaxlokk, li ilha tqim lill-Madonna għal dawn l-aħħar 120 sena. Dakinhar ukoll ġiet inawgurata l-pittura l-ġdida tat-titular. Id-devozzjoni f’Malta lejn il-Madonna tkompli tikber hekk kif is-Santwarju Marjan ta’ Marsaxlokk jingħaqad mas-santwarju tal-Mellieħa, Ħaż-Żabbar u Ta’ Pinu.  
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Mejju

  • San Ġwann 12:44-50

    Ġesù għolla leħnu u qal: “Min jemmen fija jkun qiegħed jemmen mhux fija imma f’min bagħatni; u min jara lili jkun qiegħed jara lil min bagħatni.

    Jiena huwa d-dawl li ġejt fid-dinja biex kull min jemmen fija ma jibqax fid-dlam. Min jisma’ kliemi u ma jħarsux, jiena ma nagħmilx ħaqq minnu, għax jien ma ġejtx biex nagħmel ħaqq mid-dinja, iżda biex insalva d-dinja…

  • Kompli aqra »