Yearly Archives: 2017

Il-pariri ta’ Dun Ġorġ Preca fil-jum tal-festa tiegħu

  • Illum il-Knisja qed tfakkar il-festa ta’ Dun Ġorġ Preca, l-ewwel Malti li ġie ddikkjarat qaddis. Min jiftakar lil Dun Ġorġ jipprietka, jiftakar ukoll fil-mijiet ta’ nies li kienu jirrikorru għandu għal parir sinċier u biex jikkonslahom waqt il-provi tal-ħajja.   Għal Dun Ġorġ, il-pariri kienu ħaġa serja għaliex minnhom jiddependi jekk wieħed jgħix ħajja kuntent jew ħajja ta’ infern, jekk wieħed isalvax ruħu jew jitlifha…
  • Kompli aqra »

Imut wieħed mill-ixjeħ isqfijiet fiċ-Ċina

  • Il-Ħamis, 20 ta’ April 2017, miet l-Arċisqof Emeritu ta’ Guiyang fiċ-Ċina, Mons. Andrea Aniceto Wang Chongyi. Hu kellu 97 sena u kien wieħed mill-ixjeħ isqfijiet fiċ-Ċina.    L-Arċisqof Emeritu twieled fis-26 ta’ Ottubru 1919 fil-villaġġ ta’ Huangguoshu, distrett ta’ Zhenning f’Guizhou. Familtu kienet tħaddan ir-reliġjon Kattolika u ta’ 13-il sena daħal fis-Seminarju minuri ta’ Guiyang biex imbagħad kompla jattendi s-Seminarju tan-nofs u dak maġġuri…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Mejju

  • San Ġwann 10:22-30

    Imbagħad f’Ġerusalemm ħabtet il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju. Kienet ix-xitwa, u Ġesù kien miexi minn naħa għal oħra tat-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun.  Il-Lhud daru miegħu u qalulu: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond.”

    Weġibhom Ġesù: “Għedtilkom u intom ma temmnux. L-għemejjel li nagħmel jien f’isem Missieri jixhdu għalija…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jindirizza t-taħdita “Djalogu jew Djalogi? Stil ta’ ħajja”

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jagħlaq it-taħdita "Djalogu jew Djalogi? Stil ta' ħajja" tal-President tal-Moviment tal-Fokolari, Maria Voce

  • Istitut Kattoliku, Furjana

    5 ta’ Mejju 2017

    Grazie per la sua riflessione, giustamente chiamata dal Nunzio Mons. Spiteri, una  meditazione. Io vorrei ringrazziarla perché ci ha portato una parola vissuta: una testimonianza. Ci ha fatto capire quello che dice in modo così plateale il Beato Paulo VI nell’Evangelio Nuntiandi: che il mondo d’oggi volontieri ascolta i testimoni, quelli che non solo hanno la parola ma vivono la parola…

  • Kompli aqra »

“Kemm għandna mexxejja fid-dinja? Tagħna l-Insara hu Ġesù” – L-Arċisqof

L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa u li matulha kkonsagra l-artal u l-knisja tal-Iklin, iddedikata lis-Sagra Familja

  •  
    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja tal-Familja Mqaddsa, Iklin

    6 ta’ Mejju 2017

    Dan ir-raba’ Ħadd tal-Għid nafuh ukoll bħala l-Ħadd tar-ragħaj it-tajjeb. Huwa ta’ ferħ kbir għalija li nkun magħkom, nilqa’ mingħandkom ir-rigal, id-don ta’ dan it-tempju u nikkonsagrah lil Mulej. B’xi mod dan it-tempju huwa parabbola tal-preżenza tal-Insara fis-soċjetà kontemporanja…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Mejju

  • San Ġwann 10:11-18

    Jiena r-ragħaj it-tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu.  Il-mikri, li mhuwiex ir-ragħaj, u li n-nagħaġ m’humiex tiegħu, jara l-lupu ġej, u jħalli n-nagħaġ u jaħrab; u l-lupu jaħtafhom u jxerridhom. Mikri hu, u ma jħabbilx rasu min-nagħaġ.

    Jiena r-ragħaj it-tajjeb; jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi, u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili, bħalma l-Missier jagħraf lili u jiena nagħraf lill-Missier; u għan-nagħaġ tiegħi nagħti ħajti…

  • Kompli aqra »

Live: The State of Europe Forum 2017

  • Il-Ħadd 7 ta’ Mejju 2017, l-attività annwali The State of Europe Forum se tibda fil-5:30 p.m. b’ċelebrazzjoni pubblika u purċissjoni mill-knisja ta’ San Pawl, sal-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u sal-Barrakka ta’ Fuq. Waqt il-ftuħ, ser jieħdu sehem l-Arċisqof Charles J. Scicluna, il-kor Capella Sanctae Catherinae, u Maria Voce, il-president internazzjonali tal-Moviment tal-Fokolari.

    .

    Segwi ‘live’ fuq YouTube

  • It-Tnejn 8 ta’ Mejju 2017, il-Forum jibda fid-9:00 a.m., fil-Campus tal-Università, il-Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Benedittu jirċievi kopja tal-ktieb tiegħu bil-Malti

  • Il-Papa Emeritu Benedittu XVI ġie ppreżentat kopja tal-ktieb “L-Aħħar Taħdit”, ktieb-intervista dwar Benedittu XVI, li ġie tradott għall-Malti u ppubblikat f’April li għadda.   Il-ktieb ingħatalu waqt udjenza privata fil-Ġonna tal-Vatikan, minn Alessandra Dee Crespo, li għaddietlu wkoll diversi rigali u ittri mingħand diversi nies, anki barranin, fosthom rigal u nota miktuba mingħand l-Arċisqof Charles J. Scicluna.   Il-lingwa oriġinali tal-ktieb hi l-Ġermaniz u nkiteb mill-awtur u ġurnalist Peter Seewald…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Mejju

  • San Ġwann 10:1-10

    “Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant.  Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj  tan-nagħaġ.  Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom u joħroġhom barra.  U meta joħroġ in-nagħaġ tiegħu, huwa jmur quddiemhom u n-nagħaġ jimxu warajh, għax jisimgħu leħnu…

  • Kompli aqra »

Pellegrinaġġ Djoċesan f’għeluq il-100 sena mid-dehriet tal-Madonna ta’ Fatima

  • Fl‑okkażjoni tal‑100 sena mid‑dehriet tal‑Madonna ta’ Fatima, nhar il‑Ġimgħa 12 ta’ Mejju 2017, ser isir pellegrinaġġ djoċesan li jibda mill‑Knisja Parrokkjali ta’ Stella Maris, Tas‑Sliema, u jintemm fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa/Pietà. Matul il‑pellegrinaġġ, li ser jitmexxa mill‑Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona, l‑istatwa tal‑Madonna ta’ Fatima ser taqsam bil‑baħar mix‑Xatt ta’ Tas‑Sliema sa Xatt it‑Tiben, Tal‑Pietà, waqt li tinġarr minn tas‑Sliema għal Gwardamanġa…

  • Kompli aqra »