Yearly Archives: 2017

Segwi ‘live’ ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa 2017

  • Ħamis ix-Xirka – Il-Quddiesa tal-Griżma
  • Għada l-Ħamis, 13 ta’ April 2017, fid-9:00 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Griżma, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.
  • Segwi ‘live’ fuq YouTube
  • Ħamis ix-Xirka – It-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
  • Għada wkoll, il-Ħamis, 13 ta’ April, fis-6:30 p.m., fil-Konkatidral ta’ San Ġwann , ser issir iċ-ċelebrazzjoni tat-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej fejn l-Arċisqof Charles J…
  • Kompli aqra »

Dettalji dwar iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi ta’ matul il-Ġimgħa Mqaddsa 2017

  • Ħamis ix-Xirka filgħodu – Il-Quddiesa tal-Griżma
  • Din hija l‑unika Quddiesa li tiġi ċċelebrata f’Ħamis ix‑Xirka filgħodu, mill‑Arċisqof u mis‑saċerdoti. L‑emfasi tagħha huwa fuq l‑għaqda li Ġesù xtaq li jkun hemm bejn dawk li jemmnu fih, b’mod speċjali dawk li ġew afdati biex ikomplu l‑ħidma tiegħu. F’din il‑Quddiesa, is‑saċerdoti jġeddu l‑wegħdiet tal‑ordinazzjoni saċerdotali tagħhom b’tiġdid ta’ impenn tal‑għaqda bejniethom u mal‑isqof tagħhom…

  • Kompli aqra »

Avviż

  • Ġentilment ninfurmawkom li minn għada l-Ħamis, 13 ta’ April, sa nhar it-Tnejn, 17 ta’ April 2017, il-Kurja tal-Arċisqof, inkluż l-Uffiċċji tal-Caritas, il-Furjana, ser ikunu magħluqa għall-festi tal-Għid.

    L-Uffiċċju Żwiġijiet, il-Furjana u t-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa minn għada l-Ħamis, 13 ta’ April, sal-Ħamis, 20 ta’ April 2017.

  • Kompli aqra »

Il-Papa: “iċċelebraw il-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa ‘b’imħabba’ li jwassluna sal-Għid”

  • Pope Francis has invited Christians to contemplate the Cross and to celebrate the holy days leading to Easter.

    Continuing his catechesis on Christian hope, the Pope was addressing the crowds gathered in St. Peter’s Square for the weekly Wednesday General Audience.

    Unlike worldly hopes, which fail to bring lasting satisfaction Pope Francis told the faithful that “our Christian hope is grounded in God’s eternal love”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ April

  • L-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa

    San Mattew 26:14-25

    Imbagħad wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar u qalilhom: “Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f’idejkom?” U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas. Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f’idejhom.

    Fl-ewwel jum tal-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: “Fejn tridna nħejjulek l-ikla tal-Għid?” U hu qalilhom: “Morru l-belt għand it-tali, u għidulu, ‘Qallek l-Imgħallem: Is-siegħa tiegħi waslet; jien se nagħmel l-ikla tal-Għid  għandek  mad-dixxipli tiegħi.’” Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla tal-Għid…

  • Kompli aqra »

In-nies bla dar f’Ruma jibdew jużaw b’xejn il-‘laundry’ tal-Papa Franġisku

  • The first washing machines and tumble dryers for the homeless in Rome whirred into action on Monday as ‘Pope Francis’ Laundry’ opened its doors to provide a much needed service.

    One of the many difficulties for those who live on the streets is to be able to wash, dry and iron their clothes and blankets, and the Vatican-sponsored laundry is a response to Pope Francis’s invitation to give concrete signs of solidarity to our brothers and sisters in need…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ April

  • It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa

    San Ġwann 13:21-33.36-38

    Wara li qal dan, Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: “Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini!” Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk. Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b’rasu ma’ sider Ġesù. Xmun Pietru għamillu sinjal u staqsieh: “Għal min qiegħed jgħid?” Dak, kif kien mimdud hekk fuq sider Ġesù, staqsieh: “Min hu, Mulej?” Wieġbu Ġesù: “Dak li għalih se nbill din il-loqma ħobż fil-platt u nagħtihielu.” Mbagħad bill biċċa ħobż, u qabad u taha lil Ġuda ta’ Xmun l-Iskarjota…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tat-tfal f’Ħal Qormi

  • Is-Sibt, 8 ta’ April 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tat-tfal f’Ħal Qormi. It-tradizzjoni tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tat-tfal f’Ħal Qormi tmur lura madwar 80 sena, fejn it-tfal, kemm bniet u anke subien, jilbsu ta’ suldati, personaġġi bibliċi u membri tal-Kleru kif ukoll jerfgħu vari żgħar tal-Ġimgħa l-Kbira.

    Ta’ kull sena, f’din il-purċissjoni jieħdu sehem madwar 150 tifel u tifla. 

  • Ritratti: Josef Agius

  • Kompli aqra »

Fond ta’ emerġenza għall-vittmi f’Aleppo, is-Sirja

  • Fuq talba ta’ Caritas Internationalis, Caritas Malta qed tagħmel sejħa ta’ ġbir ta’ fondi permezz ta’ fond ta’ emerġenza fejn se jinġabru flus biex tingħata għajnuna lill-vittmi ta’ Aleppo fis-Sirja, speċjalment fejn hemm l-iktar bżonnijiet ta’ saħħa, ilma u sanità, sistema ta’ edukazzjoni u xelters għal dawk il-persuni li tilfu dak kollu li kellhom.    Caritas Syria qed twiegħed li timplimenta programm ta’ sena li jinkludi salvataġġ ta’ ħajjiet ta’ persuni…
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jikkundanna l-attakki terroristiċi fl-Eġittu

  • Pope Francis condemned the terror attack on a Coptic church dedicated to St George – Mar Girgis – in the city of Tanta, north of Cairo, which killed upward of two dozen people and injured nearly 60 others.

    “We pray for the victims claimed this [Sunday] morning,” Pope Francis said in remarks to the faithful gathered in St…

  • Kompli aqra »