Yearly Archives: 2017

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ April

  • San Ġwann 12:1-11

    Sitt ijiem qabel il-festa ta’ l-Għid Ġesù mar Betanja, fejn kien joqgħod Lazzru li Ġesù kien qajjem mill-imwiet. Hemmhekk għamlulu ikla; Marta bdiet isservi, waqt li Lazzru kien wieħed minn dawk li qagħdu fuq il-mejda ma’ Ġesù. Marija ħadet libbra fwieħa tan-nard pur, tiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù, mbagħad ixxuttathomlu b’xagħarha; u d-dar imtliet bir-riħa tfuħ…

  • Kompli aqra »

Ejjew niskopru min hu Ġesù bis-sabar, bl-għerf u l-umiltà – L-Arċisqof

L-Arċisqof imexxi ċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa f'Ħadd il-Palm

  • Il-Ħadd 9 ta’ April 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa ċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm, bit‑tberik tal‑friegħi taż‑żebbuġ u l‑palm, u Quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

  • Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    9 ta’ April 2017

    I would like to greet our English speaking friends…

  • Kompli aqra »

Qari għall-Ħadd il-Palm

  • Mill-Ktieb ta’ Iżaija 50:4-7

    Sidi l-Mulej tani lsien ta’ wieħed jitgħallem,
    biex nagħraf ngħin lill-għajjien b’xi kelma.
    Ta’ kull filgħodu jqajjimli ‘l widinti,
    biex nisma’ bħal wieħed jitgħallem.
    Sidi l-Mulej fetaħli widinti,
    u jiena ma webbistx rasi,
    ma rġajtx lura.

    Tajt dahri lil dawk li kienu jsawwtuni,
    ħaddejja lil dawk li kienu jnittfuli lħiti;
    ma ħbejtx wiċċi  mit-tagħjir u l-bżieq,
    Sidi l-Mulej jgħinni,
    għalhekk ma nitħawwadx;
    għalhekk għamilt wiċċi bħaż-żnied:
    jien naf li ma jkollix mniex nistħi…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa ta’ Ħadd il-Palm 2017

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ April

    • San Ġwann 11:45-56

      Ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih. Imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x’kien għamel Ġesù. Għalhekk il-qassisin il-kbar u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju u qalu: “X’sejrin nagħmlu? Għax dan il-bniedem qiegħed jagħmel ħafna sinjali. Jekk inħalluh sejjer hekk, kulħadd jemmen fih, u jiġu r-Rumani, u jeqirdulna kemm it-tempju u kemm il-ġens tagħna.” Imma wieħed minnhom, Kajfa, li kien il-qassis il-kbir dik is-sena, qalilhom: “Intom ma tafu xejn. Anqas ma intom tqisu li jaqblilkom jekk imut bniedem wieħed għall-poplu u mhux jinqered il-ġens kollu.”

      Issa dan ma qalux minn moħħu, imma billi dik is-sena inzerta kien il-qassis il-kbir, huwa kien imnebbaħ u ħabbar li Ġesù kellu jmut għall-ġens tiegħu, u mhux għall-ġens tiegħu biss, imma wkoll biex jiġbor ġemgħa waħda l-ulied ta’ Alla li kienu mxerrdin…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof imexxi l-purċissjoni devozzjonali tad-Duluri fil-Belt Valletta

Eluf ta' nies jattendu għall-purċissjonijiet tad-Duluri madwar il-Gżejjer Maltin

Live: Poloz tal-Għażla tal-Applikanti għall-Kindergarten 2 – Dħul 2017

“Nawgura li l-ekonomija ma nagħmluhiex wisq imbiegħda mill-prinċipji etiċi tas-solidarjetà u tal-kompassjoni” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-BOV Head Office, Santa Venera

  • Il‑Ġimgħa 7 ta’ April 2017, fl-okkażjoni ta’ Jum id‑Duluri, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ltaqa’ mal-impjegati u l-amministrazzjoni tal-Bank of Valletta, u ċċelebra Quddiesa, fil-Head Office, Santa Venera.

    Agħfas hawn biex tara r-ritratti kollha tal-Quddiesa f’Jum id-Duluri. 

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • BOV Head Office, Santa Venera
    7 ta’ April 2017

    “U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu” (Ġw 19, 26-27)…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Irriflettu fuq il-fiduċja ta’ Alla fina

  • God is always faithful to His Covenant: He kept faith with Abraham and He is faithful to the salvation promised in His Son. That was the message of Pope Francis during the morning Mass on Thursday at the Casa Santa Marta. The Pope called on those present to pause during the day to reflect on their own life story, in order to discover the beauty of the love of God, even in the midst of difficulties, which afflict everyone in this life…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ April

  • Malta – L-Imqaddsa Verġni Marija tad-Duluri – Festa ta’ Devozzjoni
  • San Ġwann 10:31-42

    Il-Lhud reġgħu qabdu l-ġebel biex iħaġġruh. Imma Ġesù qalilhom: “Kien hemm ħafna għemejjel tajba li jiena wrejtkom mingħand il-Missier; għal liema għemil minnhom tridu tħaġġruni?” Weġbuh il-Lhud: “Mhux għal xi għemil tajjeb irridu nħaġġruk, iżda minħabba d-dagħwa li dgħajt, u għax int, li m’intix ħlief bniedem, qiegħed tagħmel lilek innifsek Alla.” Qalilhom Ġesù: “Fil-Liġi tagħkom ma hemmx miktub, ‘Jiena għedt: Intom allat’? …

  • Kompli aqra »