Yearly Archives: 2017

L-Evanġelju tal-Ħadd: 2 ta’ April

  • Saint John 11:1-45

    Kien hemm wieħed marid, Lazzru minn Betanja, ir-raħal ta’ Marija u oħtha Marta. Marija kienet dik li dilket il-Mulej b’żejt ifuħ u xxuttatlu riġlejh b’xuxitha; u Lazzru, il-marid, kien ħuha. Iż-żewġ nisa bagħtu jgħidu lil Ġesù: “Mulej, ara, ħabibek marid.” Meta sama’ l-aħbar Ġesù qal: “Din m’hijiex marda  tal-mewt, iżda hi għall-glorja ta’ Alla, biex biha tingħata glorja lill-Iben ta’ Alla.” Ġesù kien iħobbhom lil Marta u lil oħtha u lil Lazzru…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ April

  • San Ġwann 7:40-53

    Meta xi wħud semgħu kliemu qalu: “Tassew dan hu l-Profeta.” Oħrajn qalu: “Dan hu l-Messija.” Iżda xi wħud qalu: “Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta’ David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?” Hekk in-nies ma qablux bejniethom minħabba fih. Xi wħud minnhom riedu jaqbduh, iżda ħadd ma medd idejh fuqu…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ April 2017

  • Is‑Sibt l‑1 ta’ April 2017, fil‑5:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja l‑Qadima ta’ Santa Venera, fil-bidu tal‑Viżta Pastorali fil-parroċċa ta’ Santa Venera. Fis‑6:15 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑Via Sacra għat‑tfal, fil‑Palazz Verdala, il-Buskett.

    Il‑Ħadd 2 ta’ April, fil‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Qrar, u fil‑11:30 a.m. jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, bħala parti mill-Viżta Pastorali…

  • Kompli aqra »

Live: Poloz ta’ Parteċipazzjoni tal-Applikanti għall-Year 1 Subien u Bniet – Dħul 2017

  • Live streaming tal-Polza ta’ Partecipazzjoni tal-applikanti għall-Year 1 Subien nhar is-Sibt, 1 ta’ April 2017, fil-Kulleġġ Missjunarju San Pawl ir-Rabat. Il-Polza ta’ Parteċipazzjoni Subien tibda fid-9.00 a.m.

    Segwi ‘Live’ fuq YouTube

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Marzu

  • San Ġwann 7:1-2.10.25-30
    Wara dan, Ġesù baqa’ jdur fil-Galilija, għax ma riedx joqgħod idur fil-Lhudija billi l-Lhud kienu qegħdin ifittxu li joqtluh. Kienet qorbot għal-Lhud il-festa ta’ l-Għerejjex. Imma wara li ħutu telgħu għall-festa tela’ hu wkoll, mhux  bid-dieher, imma bil-moħbi. Xi wħud min-nies ta’ Ġerusalemm qalu: “Dan m’huwiex dak li qegħdin ifittxuh biex joqtluh? Araw, b’wiċċu minn quddiem qiegħed jitkellem, u ħadd ma hu jgħidlu xejn…

  • Kompli aqra »

“Il-ġrajja ta’ Marija Annunzjata mhux xi mit, imma ġrajja li seħħet tassew” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta' Marija Annunzjata, Ħal Balzan

  • Nhar is-Sibt 25 ta’ Marzu 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-festa solenni ta’ Marija Annunzjata, fil-Knisja l-Qadima ta’ Ħal Balzan. L-arċisqof kellu l-opportunita’ li jiltaqa’ man-nies preżenti.
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Knisja l-Qadima tal-Annunzjata, Ħal-Balzan
    25 ta’ Marzu 2017

    Monsinjur Arċisqof: Il-kwadru tafu kemm għandu żmien? …

  • Kompli aqra »

Via Sacra Djoċesana għat-tfal

  • Il‑Kummissjoni Djoċesana Tfal qed torganizza Via Sacra għat‑tfal, nhar is‑Sibt l‑1 ta’ April 2017, bejn is‑6:15 p.m. u t‑8:00 p.m. Din l‑attività Djoċesana bit‑tema ‘Nimxu ma’ Ġesù’, ser issir fil‑ġonna tal‑Palazz Verdala, il‑Buskett. 

    L‑Arċisqof Charles J. Scicluna u l‑E.T. il‑President Marie-Louise Coleiro Preca ser imexxu l‑Via Sacra, fil‑preżenza ta’ numru ta’ tfal mill-parroċċi f’Malta. Il‑Via Sacra ser tiġi animata mit‑tfal stess permezz tal‑kant, mużika addattata u djalogu ppreżentat minn għaqdiet tat‑tfal minn diversi parroċċi…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jappella għall-protezzjoni ta’ nies ċivili mill-Iraq maqbuda fil-gwerra

  • Pope Francis has appealed for a concerted effort to protect Iraqi civilians who are victims of the ongoing bloody war in their nation and he prayed in particular for those who are trapped in the embattled city of Mosul.

    Iraqi forces backed by US-led coalition air strikes are fighting to clear Islamic State militants from Iraq’s second city where the coalition allegedly had a role in a March bombing which killed over 200 people….

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Marzu

  • San Ġwann 5:31-47

    Kieku jien kelli nagħti xhieda fuqi nnifsi, ix-xhieda tiegħi ma kinitx tkun minnha. Hemm ħaddieħor li jagħti xhieda fuqi, u jiena naf li  x-xhieda li jagħti fuqi hu hi minnha. Intom bgħattu tistaqsu lil Ġwanni, u hu ta xhieda għall-verità. Mhux għax jien għandi bżonn ix-xhieda ta’ bniedem, imma qiegħed ngħidilkom dan  għas-salvazzjoni tagħkom. Għax dak kien musbieħ jixgħel u jiddi, u intom, għal ftit, ridtu tifirħu bid-dawl tiegħu…

  • Kompli aqra »