“Il-Milied jgħallimna li ma nistgħux inċedu għat-tentazzjoni taċ-ċiniżmu” – L-Arċisqof
01/01/2018- L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta
31 ta’ Diċembru 2017
“Kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-ragħajja” (Lq 2, 18). Ġesù jagħżel lin-nies mhux biss umli imma mwarrba biex iwasslu l-ewwel aħbar tat-twelid tiegħu.
X’kellhom x’jirrakkontaw ir-ragħajja ta’ Bethlehem? L-esperjenza li kellhom fil-lejl tal-Milied kienet esperjenza straordinarja: l-anġlu ħabbrilhom ferħ kbir…