Arkivji mensili: Frar 2018

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Frar

  • San Mark 6:53-56 

    F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli, wara li qasmu għan-naħa l-oħra, waslu l-art f’Ġennesaret u rabtu d-dgħajsa max-xatt. Niżlu mid-dgħajsa, u n-nies minnufih għarfuh u marru jiġru ma’ dawk l-inħawi kollha.

    U bdew iġorru l-morda fuq l-imtieraħ kull fejn kienu jisimgħu li qiegħed. Kull fejn kien jidħol, fi rħula, bliet, jew kampanja, kienu jqiegħdu l-morda fil-pjazez u jitolbuh iħallihom imissu mqar tarf il-mantar; u dawk kollha li kienu jmissuh kienu jfiqu…

  • Kompli aqra »

Arċiprieti ġodda għall-Parroċċi tal-Furjana u Ħad-Dingli u Kappillan ġdid għall-Parroċċa tal-Imsida

  • Arċipriet ġdid għall-Parroċċa tal-Furjana
  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Charles Cini bħala l‑Arċipriet tal‑Parroċċa ta’ San Publiju, il‑Furjana.

    Dun Charles Cini twieled fl‑10 ta’ Ġunju 1972. Irċieva l‑edukazzjoni tiegħu fl‑iskola primarja ta’ St Jeanne Antide, il‑Gudja, l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Kulleġġ Santu Wistin, il‑Pietà u dik post‑sekondarja fil‑Kulleġġ De La Salle, il-Birgu. Kompla l‑istudji terzjarji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: ‘L-użura tuża u toqtol lill-bniedem’

  • Speaking to members of an Italian National Anti-Usury Group, Pope Francis condemned financial exploitation and called for education to confront usury and corruption.
  • Pope Francis denounced usury and financial exploitation in an address to an Italian organization dedicated to its elimination.

    His words came during an audience in the Vatican on Saturday morning with the  “John Paul II” Anti-Usury Non Profit Association that provides support and assistance to victims of financial exploitation…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 4 ta’ Frar

  • San Mark 1:29-39 

    F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli ħarġu mis-sinagoga u baqgħu sejrin ma’ Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì. Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha. Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha. U d-deni ħallieha, u bdiet isservihom.

    Filgħaxija, imbagħad, fi nżul ix-xemx, ħadulu quddiemu lil dawk kollha li kienu morda jew li kienu maħkuma mix-xitan…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Frar

  • San Mark 6: 30-34 

    F’dak iż-żmien, l-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kulma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit”. Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom.

    Marru mela bid-dgħajsa weħidhom lejn post imwarrab, imma n-nies rawhom sejrin; kienu ħafna dawk li għarfuhom, u telqu jiġru ’l hemm bil-mixi, nies mill-ibliet kollha, u waslu qabilhom…

  • Kompli aqra »

Viżta Pastorali tal-Arċisqof fil-Parroċċa ta’ Ħal Balzan

  • Bejn is-Sibt u t-Tnejn, 4 u 5 ta’ Frar 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jkun qed jagħmel il-Viżta Pastorali fil-Parroċċa ta’ Ħal Balzan, fejn se jiltaqa’ mat-tfal u ż-żgħażagħ, mal-anzjani u l-morda u mas-saċerdoti u r-reliġjużi li jagħtu servizz fil-parroċċa.  L-Arċisqof se jiltaqa’ wkoll mar-refuġjati residenti f’Ħal Balzan u mar-residenti u l-istaff ta’ Dar Merħba Bik. 

    Hawn taħt tista’ taqra l-messaġġ tal-Arċisqof Scicluna lill-komunità ta’ Ħal Balzan…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Frar

  • Il-Preżentazzjoni tal-Mulej – Festa

    San Luqa 2:22-40 

    Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skont il-Liġi ta’ Mosè, Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej, li ‘kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej,’ u biex joffru b’sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen,’ kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Frar 2018

  • Il‑Ħamis 1 ta’ Frar 2018, fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa
    fl‑okkażjoni tal‑50 anniversarju mit‑twaqqif tal‑Parroċċa tal‑Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa.

    Il‑Ġimgħa 2 ta’ Frar, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑festa
    tal‑Preżentazzjoni tal‑Mulej f’Jum il‑Ħajja Kkonsagrata, fil‑Kappella tal‑Monasteru tas‑Sorijiet Klarissi, San Ġiljan.

    Is‑Sibt 3 ta’ Frar, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Balzan fil‑bidu tal‑Viżta Pastorali f’din il‑parroċċa…

  • Kompli aqra »

Dwar xiex jitolbu t-tfal?

  • Għat-tieni sena konsekuttiva, waqt il-Foundation for Environmental Education Fest (FEE Fest), intramaw Prayer Spaces li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u l-ħolqien. L-FEE Fest hi attività mifruxa fuq tliet ijiem fejn l-istudenti jingħataw l-opportunità jsiru aktar familjari ma’ programmi dwar l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli. 

    Fil-Prayer Spaces, gruppi ta’ studenti adolexxenti Maltn u Għawdxin minn skejjel primarji u sekondarji, talbu u rriflettew permezz ta’ tmien spazji ta’ talb fosthom, li kitbu talb għan-nies fid-dinja wara li raw powerpoint presentation b’realtijiet diversi ta’ nies madwar id-dinja…

  • Kompli aqra »