Arkivji mensili: Frar 2018

Bidu tar-Randan u l-Quddiesa f’Ras ir-Randan fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

  • Nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Frar 2018, il-Knisja tagħti bidu għar-Randan Imqaddes: erbgħin jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu.

    L-Arċisqof Charles J. Scicluna, mal-Kapitlu tal-Katidral, ser jiċċelebra l-Quddiesa Stazzjonali ta’ Ras ir-Randan fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6:30 p.m. Il-Quddiesa tinkludi t-tberik u t-tqegħid tal-irmied…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku fil-Jum Dinji tal-Morda 2018: Nikkontemplaw lil Ġesu`

  • “Jesus feels compassion” sums up the Pope’s reflection on the healing of the leper from the Gospel of Mark. Pope Francis explained the stigma of leprosy at Jesus’ time. “It was considered a serious impurity.” A leper’s “condition was particularly painful, because the mentality of the time made him feel impure before God and other people,” the Pope said…

  • Kompli aqra »

L-Epilessija: iktar minn sempliċement aċċessjonijiet

Il-Jum Internazzjonali tal-Epilessija

  • L-epilessija taffettwa madwar 1% tal-popolazzjoni mad-dinja kollha bla ebda distinzjoni tar-razza, sfond soċjali, età, eċċ. L-epilessija hija disturb kroniku li jikkawża attakki ta’spiss, mhux provokati u jista’ ‘jaffettwa lil kwalunkwe persuna u fi kwalunkwe età. Hemm madwar erbgħin tip differenti ta ‘aċċessjonijiet li ġeneralment huma kklassifikati prinċipalment f’żewġ tipi ewlenin, Aċċessjonijiet ġeneralizzati jaffettwaw il-moħħ kollu u dawk fokali jew parzjali jaffettwaw biss parti waħda tal-moħħ…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Frar

  • San Mark 8:11-13 

    F’dak iż-żmien, ġew il-Fariżej u bdew iħaqquha ma’ Ġesù; u, biex iġarrbuh, talbuh sinjal mis-sema.

    Hu tniehed tnehida fih innifsu u qal: “Għalfejn irid sinjal dan in-nisel? Tassew ngħidilkom, ebda sinjal ma jingħatalu dan in-nisel”.

    U telaqhom, raġa’ tala’ fuq id-dgħajsa u mar ix-xatt l-ieħor.

  • Kompli aqra »

“Nirringrazzjaw lill-Mulej li ġie jżurna permezz tal-Appostlu Missierna” – L-Arċisqof fil-festa ta’ San Pawl

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja ta’ San Pawl Milqi, Burmarrad
    10 ta’ Frar 2018

    Nirringrazzja lill-Kappillan, lil Fr Christian Borg, talli qed jilqagħna hawnhekk f’din il-knisja antika u li tfakkarna propju fl-oqsma ta’ San Publiju. San Pawl Milqi huwa tradizzjonalment ukoll il-post fejn Publiju laqa’ lil Pawlu għal tlitt ijiem u fil-fatt instabu l-fdalijiet ta’ villa Rumana…

  • Kompli aqra »

“Meta inti tkellem lill-membri ta’ din il-komunità kun xhud ta’ dak Alla li inti tiegħu u li lilu tqim” – L-Arċisqof lill-Kappillan il-ġdid ta’ Ħal Għaxaq

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, Ħal Għaxaq
    9 ta’ Frar 2018

    Għażiż Dun Gordin, San Luqa, il-kittieb tal-Atti tal-Appostli, ifakkarna li fil-miġja tal-Appostlu Missierna, kien ħafna bard u llum mhux inqas: “Bdiet nieżla x-xita u kien il-bard” (Atti 28, 2). Imma dak il-jum għalina kien jum ta’ risq u ta’ barka u rrid nifhem u nitlob li anke għal din il-parroċċa, dan il-jum ikun jum ta’ risq u ta’ barka, inti u tibda uffiċjalment il-ministeru tiegħek bħala ragħaj ta’ din il-komunità Nisranija…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 11 ta’ Frar

  • San Mark 1:40-45 

    F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkupptejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni!”. 

    Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf!”. U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf. U widdbu bis-sħiħ, bagħtu malajr u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosè, biex tkunilhom ta’ xhieda”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Frar

  • L-Appostlu Missierna San Pawl – Solennità

    San Mark 16:15-20 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Ħdax: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewtma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

    U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla…

  • Kompli aqra »

Il-Vatikan isejjaħ lir-reliġjonijiet kollha sabiex jingħaqdu fil-ġurnata ta’ talb għall-paċi fid-dinja

  • The Pontifical Council for Interreligious Dialogue is urging members of all different religious traditions to support Pope Francis’ call for a day of prayer and fasting for peace on February 23rd.
  • Speaking at the recitation of the Angelus prayer last Sunday, the Pope invited all women and men of goodwill to join him in praying for an end to violence and conflict, especially in South Sudan and in the Democratic Republic of Congo…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Frar

  • L-Appostlu Missierna San Pawl – Solennità

    San Mark 16:15-20 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Ħdax: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewtma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

    U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla…

  • Kompli aqra »