Arkivji mensili: Marzu 2018

Live: Il-Quddiesa tal-Għid il-Kbir

  • Il‑Ħadd, 1 ta’ April, Ħadd il‑Għid, fl-10:30 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali tal‑Għid il‑Kbir tal‑Mulej, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann. Fi tmiem il‑Quddiesa, l‑Arċisqof jagħti l‑Barka Appostolika bl‑Indulġenza Plenarja.

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof se jgħammed seba’ adulti minn sitt pajjiżi differenti

  • Illejla, waqt il‑Vġili Solenni tal‑Qawmien tal‑Mulej mill‑Imwiet fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra s‑Sagramenti tad‑Dħul fil‑Ħajja Nisranija (Magħmudija, Griżma u Tqarbin) lil seba’ katekumeni, jiġifieri persuni li f’età adulta jagħżlu l‑ħajja Nisranija. Waqt dan il‑Vġili wkoll, żagħżugħ Ġermaniż ser jiġi kkonfermat fil‑fidi Kattolika permezz tas‑Sagrament tal‑Ġriżma tal‑Isqof.

    It-tmien żgħażagħ u adulti li b’dawn is‑sagramenti ser isiru wlied Alla u membri ġodda tal‑Knisja Kattolika kważi kollha huma żgħażagħ taħt it‑tletin sena minn sitt pajjiżi differenti: minn Malta, mill‑Indja, mill‑Italja, mir‑Repubblika Ċeka, minn Kuba u mit‑Turkija…

  • Kompli aqra »

Live: Il-Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet

  • Is‑Sibt, 31 ta’ Marzu, Sibt il‑Għid, fit‑8:00 p.m., l-Arċisqof imexxi l‑liturġija tal‑Vġili tal‑Għid, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann. Iċ‑ċelebrazzjoni tibda bit‑Tberik tan‑Nar ġdid fuq iz‑zuntier tal‑Konkatidral, u tkompli bil-liturġija tal‑Kelma, il‑liturġija tal‑Magħmudija, u l‑liturġija tal‑Ewkaristija.

    Matul din iċ-ċelebrazzjoni ser jiġu amministrati s-Sagramenti tal-Bidu tal-Ħajja Nisranija (Magħmudija, Griżma u Tqarbin) lill-adulti.

  • Kompli aqra »

“Naduraw lill-Mulej Ġesù li urina tassew min hu minn fuq is-salib tiegħu” – L-Arċisqof fil-Ġimgħa l-Kbira

L-Arċisqof imexxi l-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta
    30 ta’ Marzu 2018

    “Lil min qegħdin tfittxu? Whom do you seek?” (Ġw 18, 4). Din hija d-domanda li Ġesu jagħmel lil ġgajta li marret fil-ġnien tal-Ġetsemani biex tarrestah. “Lil min qegħdin tfittxu?”.

    U din hija d-domanda li jagħmlilna, kull meta aħna niddubitaw fih, kull meta niskandalizzaw ruħna bis-salib imqaddes tiegħu, kull meta nimmaġinawh: Deus ex machina, Alla li jaqdina f’kull ħtieġa tagħna u li jista’ jinxtara’ b’xi xemgħa mixgħula jew b’xi bukkett fjuri jew x’bi wegħda…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju ta’ Sibt il-Għid: 31 ta’ Marzu

  • L-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet

    Solennità – Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid

    San Mark 16:1-7 

    Meta għadda s-Sibt, Marija ta’ Magdala, Marija omm Ġakbu, u Salomi xtraw xi fwejjaħ biex imorru jidilkuh bihom. U kmieni ħafna fl-ewwel jum tal-ġimgħa, kif telgħet ix-xemx marru ħdejn il-qabar. U bdew jgħidu lil xulxin: “Min se jgerbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?” Iżda meta ħarsu, raw li l-ġebla kienet imressqa fil-ġenb; kienet ġebla kbira ħafna…

  • Kompli aqra »

Il-ħasil tar-riġlejn mill-Arċisqof Scicluna

  • Din is‑sena, f’Ħamis ix‑Xirka filgħaxija, waqt it‑Tifkira Solenni tal‑Ikla tal‑Mulej fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna xtaq li jaħsel riġlejn ta’ tfal, adolexxenti u żgħażagħ minn realtajiet differenti. Dan fil‑kuntest tal‑laqgħat li l‑Arċisqof qed jagħmel bi tħejjija għas‑Sinodu tal‑Isqfijiet dwar iż‑żgħażagħ imsejjaħ mill‑Papa Franġisku, li ser isir f’Ottubru li ġej fil‑Vatikan. dawk li ġew mistiedna mill‑Arċisqof għall‑ħasil tar‑riġlejn il-bieraħ filgħaxija huma:

    • Sitt itfal u adolexxenti uħud minnhom mill‑Kummissjoni Djoċesana Tfal,
    • Tliet żgħażagħ li jwettqu ħidma volontarja u pastorali fi gruppi taż‑żgħażagħ,
    • Żewġ koppji żgħażagħ miżżewġa,
    • Żewġ priġunieri żgħażagħ…
  • Kompli aqra »

“Nitolbu li l-qalb ta’ kull Nisrani tirtab” – L-Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka

L-Arċisqof jiċċelebra t-Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej bil-ħasil tar-riġlejn f'Ħamis ix-Xirka

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    29 ta’ Marzu 2018

    “Mulej, mhux saqajja biss, imma jdejja u rasi wkoll” (Ġw 13, 9). Dawn il-kliem qalhom Xmun Pietru, maħsud u skandalizzat li l-Imgħallem u l-Mulej beda jaħsel saqajn id-dixxipli, ġest li kien riservat għall-iskjavi tal-familja li kelhom id-dover li, meta jiġu l-mistednin għall-ikel, l-ewwel ħaġa jaħslulhom saqajhom biex ikunu jistgħu jistrieħu komdi fuq id-divani għall-mejda tal-ikel…

  • Kompli aqra »

Live: L‑Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej

  • Il‑Ġimgħa, 30 ta’ Marzu, il‑Ġimgħa l‑Kbira, fit‑3:30 p.m., l-Arċisqof imexxi l‑Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann. Din il‑liturġija tinkludi r‑Rakkont tal‑Passjoni skont San Ġwann, l‑Adorazzjoni tas‑Salib u t‑Tqarbin.

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku fil-Quddiesa ta’ Ħamis ix-Xirka: ‘Ġesù jagħti ħajtu biex ikun ta’ servizz’

  • Pope Francis, speaking off the cuff during his homily during the Mass of the Lord’s Supper at Regina Coeli prison, contextualized the Gospel passage from John in which Jesus washes his disciples’ feet.

    Jesus does what a slave does

    He explains that this was a task done by slaves. After having dirtied their feet on the dusty roads, people would return home…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ġimgħa l-Kbira: 30 ta’ Marzu

  • Il-Ġimgħa l-Kbira – Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej

    Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu skont San Ġwann (18:1-19, 42) 

    F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta’ Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu. Ġuda, dak li ttradieh, kien jafu l-post, għax Ġesù kien sikwit jinġabar hemm mad-dixxipli tiegħu. Ġuda ħa ġemgħa suldati u xi għases mingħand il-qassisin il-kbar u l-fariżej, u mar bihom hemmhekk, bil-fanali, torċi u armi…

  • Kompli aqra »