Arkivji mensili: Marzu 2018

“Kemm hi sabiħa li aħna l-ulied ikollna l-grazzja nuru l-imħabba tagħna lejn il-ġenituri” – L-Arċisqof f’Jum id-Duluri

  • Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, il-Belt Valletta
    23 ta’ Marzu 2018

    Bir-raġun bħal-lum infakkru din ix-xena fuq il-Kalvarju: ħdejn is-salib ta’ Ġesù kkundannat għall-mewt għaliex ippretenda li jkun is-sultan tal-Lhud; dik kienet il-kundanna: Ġesù ta’ Nażaret Sultan tal-Lhud. Il-kundanna kienet fiha nnifisha umiljazzjoni għaliex is-Sultan tal-Lhud ma kienx fuq tron liebes il-porpra imma kien għeri, imsallab ma’ għuda…

  • Kompli aqra »

Fil-Madonna naraw tbatijiet li mhumiex antiki elfejn sena, imma attwali; niftakru f’tant ommijiet inkwetati minħabba wliedhom – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-istudenti tal-MCAST f'Jum id-Duluri

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • MCAST, Raħal Ġdid
    23 ta’ Marzu 2018

    Il-festa tal-lum hija festa devozzjonali, antika ħafna, li aħna l-Maltin, bħal pajjiżi oħra fil-Mediterran, bqajna ngħożżu u nibqgħu ngħożżu. Forsi tiftakru li Oliver Friggieri, meta kkumenta fuq din il-festa, sejħilha “il-festa verament nazzjonali”. U kien qed jirreferi għal devozzjoni qawwija ħafna li f’dan il-pajjiż tgħaqqad diversi nies li, matul is-sena u llum iżjed u iżjed fuq is-social media, ikunu qegħdin jitqatlu bħal klieb u qtates…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Marzu

  • San Ġwann 11:45-56 

    F’dak iż-żmien, ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija, oħt Lazzru, u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih. Imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x’kien għamel Ġesù. Għalhekk il-qassisin il-kbar u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju u qalu: “X’sejrin nagħmlu? Għax dan il-bniedem qiegħed jagħmel ħafna sinjali. Jekk inħalluh sejjer hekk, kulħadd jemmen fih, u jiġu r-Rumani, u jeqirdulna kemm it-tempju u kemm il-ġens tagħna”…

  • Kompli aqra »

Tama ġdida

  • L-Arċidjoċesi ta’ Malta tistieden lill-Insara sabiex fl-aktar ġimgħa importanti għall-Knisja Kattolika jfittxu lil Ġesù f’min qed ibati.

    Din il-ġimgħa, li għaliha aħna mħeġġin nipparteċipaw fil-funzjonijiet li jsiru fil-knejjes tagħna, tibda biċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej, u tilħaq il-qofol tagħha fil-festa tal-Għid il-Kbir.

    Il-Ġimgħa Mqaddsa hija oppportunità biex nirriflettu fuq il-grazzja tas-salvazzjoni li kiseb għalina Sidna Ġesù Kristu bil-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu mill-imwiet…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Marzu

  • L-Imqaddsa Verġni Marija tad-Duluri 

    San Ġwann 19:25-30

    Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala. 

    Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hawn hu ibnek.” Mbagħad qal lid-dixxiplu: “Hawn hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu…

  • Kompli aqra »

“Il-familja hija l-vera ċentru tas-soċjetà … Aħna se nkomplu fejn inti bdejt” – L-Arċisqof fil-funeral ta’ Mons. Charles Vella

Il-Quddiesa tal-funeral ta' Mons. Charles Vella, il-fundatur tal-Moviment ta' Kana

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor, Tas-Sliema
    22 ta’ Marzu 2018

    Il-Profeta Ġeremija, li fil-kitba tiegħu fl-Ewwel Qari smajna profezija qawwija, jipprova jfiehem lill-poplu kemm hi importanti l-fedeltà lejn Alla. Bħal ħafna profeti jilmenta li għalkemm il-poplu f’Alla biss sab ħellies, liberatur u redentur, l-istorja tagħhom kienet ukoll immarkata bil-ksur tal-patt: ‘Ħriġtkom mill-art tal-Eġittu, ksirtu l-patt tiegħi’ (ara Ġer 31, 32)…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof matul il-Ġimgħa Mqaddsa 2018

  • Nhar il-Ħadd li ġej, 25 ta’ Marzu, il-Knisja tagħti bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa biċ‑ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il‑Palm u l‑Passjoni tal‑Mulej. L-Arċisqof Charles J. Scicluna, fl-10:30 a.m., ibierek il-friegħi tal-palm u taż‑żebbuġ, u wara jiċċelebra Quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul il-Quddiesa jinqara r‑rakkont tal‑passjoni mill‑Evanġelju skont San Mark.

    L‑Erbgħa, 28 ta’ Marzu, fis‑7:30 p.m., l-Arċisqof ser imexxi l‑Via Sacra Djoċesana li tibda minn ħdejn l-istatwa ta’ Kristu Re (quddiem il-lukanda Phoenicia) u tintemm quddiem il‑Konkatidral ta’ San Ġwann…

  • Kompli aqra »

“Aħna u nippreparaw għad-Duluri u għall-Ġimgħa l-Kbira, nippruvaw insibu ħin biex inqerru” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit-tieni anniversarju mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, iż-Żejtun
    21 ta’ Marzu 2018

    Fil-ġranet ta’ qabel il-Ġimgħa l-Kbira tisimgħu diversi siltiet mill-Evanġelju ta’ San Ġwann fejn Ġesù jitkellem mal-kapijiet u jgħidilhom: “Issa qegħdin tfittxu li toqtlu lili” (Ġw 8, 40). Hu, li jagħraf il-qalb, jifhem li s-sejħa tiegħu wkoll li jkun sinjal li jmeruh u għal tliet darbiet lid-dixxipli tiegħu qalilhom: ‘Bin il-bniedem jitla’ Ġerusalemm u jkollu jbati ħafna u saħansitra joqtluh, imma fit-tielet jum iqum” (ara Mt 20, 18-19)…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Marzu

  • San Ġwann 8:51-59

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Tassew tassew ngħidilkom li min iħares il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt”. Qalulu l-Lhud: “Issa tassew nafu li għandek Xitan fik. Abraham miet, u l-profeti wkoll; u inti tgħid: “Jekk xi ħadd iħares kelmti ma jduq qatt il-mewt”. Jaqaw int akbar minn missierna Abraham li miet? U l-profeti wkoll mietu…

  • Kompli aqra »

Live: Polza ta’ parteċipazzjoni għall-Year 1 bniet u subien – Dħul 2018

  • Il-Ħamis, 22 ta’ Marzu 2018, tista’ ssegwi ‘live’ t-tlugħ tal-polza ta’ parteċipazzjoni għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għall-Ewwel Sena primarja għal studenti subien u bniet, fl-Istitut tal-Azzjoni Kattolika, il-Furjana.

    Il-polza tas-subien tibda f’12pm u dik tal-bniet fis-2pm.

  • Segwi ‘live’ l-polza tas-subien
  • 
  • Segwi ‘live’ l-polza tal-bniet
  • 
  • Kompli aqra »