Arkivji mensili: Marzu 2018

Live: Polza ta’ parteċipazzjoni għall-Form 1 bniet u subien – Dħul 2018

  • Il-Ħamis, 22 ta’ Marzu 2018, tista’ ssegwi ‘live’ t-tlugħ tal-polza ta’ parteċipazzjoni għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għall-Ewwel Sena sekondarja subien u bniet, fl-Istitut tal-Azzjoni Kattolika, il-Furjana.

    Il-polza tal-bniet tibda fid-9am u dik tas-subien fid-9:30am.

  • Segwi ‘live’ l-polza tal-bniet
  • 
  • Segwi ‘live’ l-polza tas-subien
  • 
  • Kompli aqra »

In-Nunzju ta’ Damasku: “Aktar nies fis-Sirja qed imutu minħabba nuqqas ta’ għajnuna medika milli mill-bombi”

  • For another year, the month of March marks a sad anniversary. It’s now been seven years of war in Syria, a conflict with too many groups involved and whose consequences have been paid and continue to be paid by the same people – women and children. 

    With no solution in sight, and in light of the constant suffering of thousands of innocent people, the Church has asked itself this question…

  • Kompli aqra »

“Tiġbidx in-nies għal warajk imma iġbed in-nies ta’ dan ir-raħal lejn Ġesù” – L-Arċisqof lill-kappillan il-ġdid ta’ Ħal Kirkop

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali,  Ħal Kirkop
    17 ta’ Marzu 2018

    Sa dan il-mument fil-ħajja tiegħu, Ġesù kemm-il darba rrepeta, b’mod speċjali fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, li s-siegħa tiegħu kienet għadha ma waslitx. Niftakru fl-ewwel miraklu li għamel fit-tieġ ta’ Kana meta kważi mġiegħel minn ommu, biex jispjegalha li kien qed iħoss li għadu kmieni, qalilha: “Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx” (Ġw 2, 4)…

  • Kompli aqra »

“Komunità li tgħożż il-ħajja u ġġib il-ferħ” – Il-Vigarju Ġenerali lill-kappillan il-ġdid tal-Imsida

  • Omelija tal-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi
  • Knisja Parrokkjali, l-Imsida
    19 ta’ Marzu 2018

    “Nerġa’ narakom u qalbkom tifraħ” (Ġw 16, 22). Għażiż Dun Simon, int għażilt dan bħala motto tiegħek għall-bidu tal-ħidma pastorali tiegħek bħala kappillan ta’ din il-parroċċa. Hemm raġuni ovvja: int kont diġà hawn f’din il-parroċċa ta’ San Ġużepp għal numru ta’ snin, u issa erġajt lura bħala kappillan…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Marzu

  • San Ġwann 8:31-42

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: “Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom”.

    Qalulu: “Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta’ ħadd. Kif tiġi tgħidilna li nkunu ħielsa?”.

    Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, li kull min jagħmel id-dnub huwa lsir tad-dnub…

  • Kompli aqra »

Tomb Raider

  • *****

    Direzzjoni:       Robar Uthaug

    Atturi:              Alicia Vikander, Dominic West, Walton Goggins, Daniel Wu, Kristin Scott Thomas, Hannah John-Kamen u Emily Carey

    Ħin tal-Film:    118 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A                 

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       12                   

    Wara li missier Lara Croft, Richard kien sparixxa u ħadd ma kien jaf sar minnu, Lara kienet bdiet tgħix ħajja laxka  u mtajjra…

  • Kompli aqra »

Mary Magdalene

  • ***

    Direzzjoni:       Garth Davis

    Atturi:              Rooney Mara, Joaquin Phoenix, Chiwetel Ejiofor,Tahar Rahim, Sara-Sofie Boussnina, Hadas Yaron, Lubna Azabal u Lior Raz

    Ħin tal-Film:    120 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 12A

    KLASSIFIKA TA-KNISJA:                        12

    Mary Magdalene, tfajla ta’ rieda qawwija, tirrifjuta li tiżżewweġ ir-raġel magħżul minn missierha…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: “It-talb hu l-ewwel xogħol assenjat lill-Isqof”

  • Pope Francis’s homily followed closely the homily proposed in the The Roman Pontifical for the Ordination of a Bishop. This text is a catechesis of the history and office of Bishop in the Catholic Church. It reminds us that:

    “In the Bishop surrounded by his Priests, our Lord Jesus Christ himself, having become High Priest for ever, is present among you…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Marzu

  • San Ġwann 8:21-30

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Fariżej: “Jiena mmur, u intom għad tfittxuni, imma għad tmutu fid-dnub tagħkom. Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu”. Qalu l-Lhud: “Jaqaw se jneħħi ħajtu b’idejh dan? Għax qal: “Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu”.

    Ġesù qalilhom: “Intom minn hawn isfel, u jiena ġej minn hemm fuq…

  • Kompli aqra »

Via Sacra Djoċesana 2018

  • Il‑Via Sacra Djoċesana mmexxija mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser issir nhar l‑Erbgħa, 28 ta’ Marzu 2018. Il‑Via Sacra tibda fis‑7:30pm minn ħdejn l‑istatwa ta’ Kristu Re (quddiem il‑lukanda Phoenicia), u tintemm quddiem il‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

    Fl‑okkażjoni tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet dwar iż‑Żgħażagħ imsejjaħ mill‑Papa Franġisku, li ser isir f’Ottubru li ġej fil‑Vatikan, l‑Arċisqof talab lil żgħażagħ minn gruppi differenti jħejju r‑riflessjonijiet tal‑Via Sacra…

  • Kompli aqra »