“M’għandniex jedd la fuq il-ħajja tagħna u wisq inqas fuq il-ħajja ta’ ħaddieħor, mit-tnissil sal-mewt naturali” – L-Arċisqof
Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 anniversarju ta' Savio College
12/03/2018- L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Savio College, Ħad-Dingli
11 ta’ Marzu 2018“Min jagħmel is-sewwa jersaq lejn id-dawl” (Ġw 3, 21). Jiena nixtieqkom tiftakru din il-frażi qasira mill-Evanġelju skont San Ġwann bħala tifsira profonda ta’ dak li qegħdin niċċelebraw illum. Aħna ltqajna biex nirringrazzjaw lil Alla ta’ din l-inizjattiva tas-Salesjani, ulied San Ġwann Bosco, li fetħu dan il-kulleġġ…