San Ġużepp Ħaddiem: Protettur tal-Ħajja – Omelija tal-Vigarju Ġenerali
Quddiesa għall-operaturi pastorali fil-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem
27/04/2018- Omelija tal-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi
-
Knisja Parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara
25 ta’ April 2018Ftit ġranet ilu, il-Papa Franġisku ppubblika dokument bit-titlu ‘Ifirħu u Thennew’ (Gaudete et Exsultate). Fih jitkellem fuq is-sejħa tagħna għall-qdusija. Jgħid li l-qdusija mhijiex għax tagħmel xi ħaġa kbira li tissemma, imma għax tgħix il-ħajja ordinarja tiegħek f’għaqda ma’ Alla, miftuħa għall-imħabba tiegħu għax huwa Hu li jsalvana, u b’imħabba kbira lejn l-oħrajn…