L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Mejju
04/05/2018-
Il-Ġimgħa tal-Ħames Ġimgħa tal-Għid
San Ġwann 15:12-17
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom. Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kulma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom…