Irrestawrata pittura tal-Inkurunazzjoni tal-Verġni Marija fil-Konkatidral ta’ San Ġwann
18/05/2018-
Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann kixfet ir-restawr li sar fuq il-pittura kbira u maestuża tal-Inkurunazzjoni tal-Verġni Marija, intervent li kien ferm bżonnjuż.
“Bħala pajjiż, għandna legat kulturali b’saħħtu li jsawwar l-identità tagħna, u permezz tar-restawr ta’ din il-pittura qegħdin ngħinu sabiex nippreservaw u nipproteġu dan il-legat għal ġenerazzjonijiet futuri.F’dawn l-aħħar snin, il-Konkatidral ta’ San Ġwann kellu bosta proġetti li jirrigwardaw ir-restawr li għenu biex jiżdied aktar l-apprezzament mill-komunità lejn dan il-monument storiku,” stqarr il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici…