Arkivji mensili: Mejju 2018

Il-Papa Franġisku jappella għall-verità fl-era tal-‘fake news’

Il-Messaġġ tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku għat-52 Jum Dinji tal-Komunikazzjoni

  • Kull sena fil-Ħadd ta’ qabel l-Għid il-Ħamsin il-Knisja tfakkar il-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni, u dan biex tiċċelebra l-għanijiet li laħqet il-midja u tiffoka fuq kif inhu l-aħjar twassal il-valuri tal-Evanġelju. Bi tħejjija għat-52 Jum Dinji tal-Komunikazzjoni, il-Papa Franġisku ħareġ messaġġ bit-titlu “Il-verità teħliskom (Ġw 8,32). Fake news u ġurnaliżmu ta’ paċi.”

  • Għeżież ħuti,

    Il-komunikazzjoni bejn il-bnedmin hija parti mill-pjan t’Alla għalina u essenzjali biex ngħixu l-komunjoni…

  • Kompli aqra »

Mill-verità tasal il-paċi

  • L-imejls, it-telefonati, il-messaġġi u s-social media qegħdin kollha f’kompetizzjoni waħda biex jiġbdu l-attenzjoni tagħna u jinfluwenzawna. Il-midja l-ħin kollu tgħaddilna informazzjoni li xi drabi tkun korretta u drabi oħra mmanipulata jew saħansitra falza (fake news).

    Fil-messaġġ tiegħu għall-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni (13.05.18), il-Papa Franġisku jgħid li “l-unika rimedju għall-virus tal-falsità hu li nħallu l-verità ssaffina”…

  • Kompli aqra »

The Alphabet of Creation

  • The desire for children is a sacred one, and every effort made to help infertile couples embrace their own children must be praised and blessed. The dignity of this process of conception and birth demands that they are the fruit of the love between the biological father and mother of the child. When we start talking about men and women who donate their reproductive cells to third parties, we are destroying this essential union…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 13 ta’ Mejju

  • Tlugħ il-Mulej fis-Sema – Solennità

    San Mark 16:15-20 

    F’dak iż-żmien, Ġesù wera ruħu lill-Ħdax u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Mejju

  • Is-Sibt tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 16:23b-28 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, kulma titolbu lil Missieri f’ismi jagħtihulkom. Sa issa ma tlabtu xejn f’ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.

    Dan għedthulkom bit-tixbihat. Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier. Dakinhar intom titolbu f’ismi, u ma ngħidilkomx li jien nitlob lill-Missier għalikom, għax il-Missier stess iħobbkom, billi intom ħabbejtu lili u emmintu li jiena ġejt mingħand Alla…

  • Kompli aqra »

Jalla tikbru u tkunu grati għal tant ġid, għal tant informazzjoni u edukazzjoni li tieħdu f’dan il-post – L-Arċisqof lill-istudenti tal-Kulleġġ San Injazju f’Tal-Ħandaq

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f'għeluq l-10 snin tal-Kulleġġ San Injazju, Tal-Ħandaq

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kulleġġ San Injazju, Tal-Ħandaq
    9 ta’ Mejju 2018

    Fis-Salm Responsorjali għedna flimkien din is-silta: “Għallimni Mulej, it-triq tal-kmandamenti tiegħek” (S119, 33). Il-kmandamenti ta’ Alla huma l-liġi taċ-ċiviltà, b’ħafna minnhom insibuhom ukoll fl-eqdem ċivilizzazzjonijiet: la tisraqx, la toqtolx, la tigdibx, la tisraqx il-mara ta’ ħaddieħor, weġġah lil ommok u ’l missierek (jiġifieri urihom rispett)…

  • Kompli aqra »

“Kun int li mhux biss tieħu ħsieb is-sbuħija ta’ dan it-tempju maestuż imma wkoll tibni t-tempju li huwa l-komunità” – L-Arċisqof lill-Ariċpriet il-ġdid tal-Birgu

Quddiesa tal-pussess ta' Dun Karm Busuttil bħala l-Arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa ta' San Lawrenz, il-Birgu

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, il-Birgu
    29 ta’ April 2018

    Għażiż Kanonku Arċipriet, ippermettili li f’din il-ġurnata għażiża naqsam miegħek ftit ħsibijiet ispirati minn din il-Kelma ta’ Alla li għadna kemm smajna, b’mod speċjali l-Evanġelju li inti għadek kemm ħabbartilna.

    Qabel xejn, nixtieq insellem lill-mistednin distinti tiegħek b’mod partikolari lir-rispettabbli Sindku tal-Birgu imma hawn diversi rispettabbli sindki oħrajn li jirrapreżentaw is-soċjetà ċivili…

  • Kompli aqra »

Sherlock Gnomes

  • ***

    Direttur:          John Stevenson

    Ilħna:               James McAvoy, Emily Blunt, Chiwetel Ejiofor, Mary J. Blige u Johnny Depp

    Ħin tal-Film:    88 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 U

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       PG

    Sherlock Gnomes u l-assistent tiegħu, Gnome Watson jassaltaw mużew fejn in-nemesi, torta maskot bl-isem ta’ Moriarty, kien qiegħed iżomm ostaġġi numru ta’ Gnomes bi pjan li jfarrakkhom kollha…

  • Kompli aqra »

Breaking In

  • *****

    Direttur:          James McTeigue

    Atturi:              Gabrielle Union, Billy Burke, Richad Cabral, Ajiona Alexus, Levi Meaden, Seth Carr, Mark Furze, Jason George, Christa Miller u Damien Leake

    Ħin tal-Film:    88 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       15

    Missier Shaun Russell waqt li kien qiegħed jaqsam it-triq hekk kif kien qiegħed itemm il-ġirja tas-soltu, jintlaqat minn karozza…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jappella liż-żgħażagħ Sqallin sabiex jirreżistu s-sejħa tal-mafja

  • In a telegramme addressed to the Archbishop of Agrigento in Sicily on Wednesday evening, Pope Francis marked the 25th anniversary of Saint Pope John Paul II’s visit to the town of Agrigento where he denounced the mafia’s organized criminal activities and called on ‘mafiosi’ criminals to convert.

    In his message the Pope recalled that St. John Paul II’s prophetic appeal came at the end of Holy Mass on 9 May 1993, celebrated in the famous archaeological site of the Valley of Temples in Agrigento, and said that he too, on this important anniversary, has an appeal for young people today to resist the call of organized crime…

  • Kompli aqra »