Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Settembru 2018
31/08/2018-
It‑Tlieta 4 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fl‑anniversarju tal‑Inkurunazzjoni ta’ Marija Bambina fil‑Bażilika Minuri, l‑Isla.
Il‑Ġimgħa 7 ta’ Settembru, fis‑7:00 p.m., lejlet il‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal Statali fil‑Knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina, in‑Naxxar. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Is‑Sibt 8 ta’ Settembru, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta…