Arkivji mensili: Awwissu 2018

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Awwissu

  • San Mattew 14:1-12 

    F’dak iż-żmien, Erodi t-tetrarka sama’ bil-fama ta’ Ġesù u lill-qaddejja tiegħu qalilhom: “Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba f’hekk il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih!”. Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni, u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, mart ħuh Filippu. Għax Ġwanni kien jgħidlu: “Inti lil dik ma tistax iżżommha!”. Ried kieku joqtlu, imma kien jibża’ min-nies, għax kienu jżommuh bi profeta…

  • Kompli aqra »

Ritratti: L-insinji episkopali tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

  •  

  • Iċ‑ċurkett jesprimi l‑fedeltà tal‑isqof lejn il‑Knisja, l‑għarusa ta’ Kristu. Fil‑passat, iċ‑ċurkett kien jingħata b’sinjal ta’ ġieħ, biex jimmarka d‑dokumenti uffiċjali u b’sinjal tal‑għerusija tal‑Isqof mad‑djoċesi tiegħu. Iċ‑ċurkett li se jingħata Mons. Joseph Galea‑Curmi waqt il‑Quddiesa Pontifikali tal‑Ordinazzjoni Episkopali huwa rigal mingħand l‑Arċisqof Charles J. Scicluna.

     

  • Il‑mitra tirrapreżenta l‑ħerqa tal‑isqof biex jimxi ’l quddiem fit‑triq tal‑qdusija…

  • Kompli aqra »

Live: Velja ta’ talb lejlet l-ordinazzjoni episkopali ta’ Mons. Joseph Galea-Curmi

  • Illejla fis-7:30pm, fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara, ser issir velja ta’ talb immexxija mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna, lejlet l‑ordinazzjoni episkopali ta’ Mons. Joseph Galea‑Curmi bħala l‑Isqof Awżiljarju l‑ġdid ta’ Malta. Waqt il‑velja l‑Isqof Elett ser jagħmel l‑istqarrija tal‑fidi, jieħu l‑ġurament tal‑fedeltà u jitbierku l‑insinji episkopali (il‑baklu, il‑mitra u ċ‑ċurkett) li ser jintużaw waqt l‑ordinazzjoni.

     

  • 

     

  • Kompli aqra »

L-isqfijiet awżiljari ta’ Malta fl-epoka kontemporanja (1800-2018)

  • Mons. Joseph Galea-Curmi, imwieled nhar l-1 ta’ Jannar 1964, iben Paul Galea Curmi u Josette née Mifsud Bonnici, mgħammed nhar il-5 ta’ Jannar fil-Parroċċa ta’ Sant’Elena f’Birkirkara, u ordnat saċerdot minn Mons. Ġużeppi Mercieca nhar il-5 ta’ Lulju 1991, huwa l-ħdax il-isqof awżiljaru tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fl-epoka kontemporanja, jiġifieri mill-bidu tal-ħakma Ingliża sallum.

    F’dan in-numru mhux qed ngħoddu isqfijiet koadjuturi, jekk qabel ma ġewx maħtura isqfijiet awżiljari…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Awwissu

  • San Mattew 13:54-58 

    F’dak iż-żmien, Ġesù mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: “Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa tal-għaġeb? Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu mhijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? U ħutu l-bniet mhumiex kollha magħna? Mnejn ġieh dan kollu?” U tfixklu minħabba fih…

  • Kompli aqra »

Il-Vatikan ibiddel it-tagħlim biex jopponi l-piena tal-mewt fil-każi kollha

  • Pope Francis has approved a new revision of paragraph number 2267 of the Catechism of the Catholic Church, according to which “a new understanding has emerged of the significance of penal sanctions imposed by the state,”  thus “the death penalty is inadmissible”:

    The decision was announced by the Congregation for the Doctrine of the Faith in a ‘Letter to the Bishops’ dated 1 August and signed by the Prefect, Cardinal Luis Francisco Ladaria…

  • Kompli aqra »

Il-Papa lill-abbatini: Agħtu glorja lil Alla f’kollox!

  • Pope Francis used the reading from 1 Corinthians 10:31–11:1 during a homily he addressed to over 70,000 altar servers gathered in St Peter’s Square for an Extraordinary Audience. These altar servers between the ages of 13 and 23 come from 19 different countries and are participating in the 12th International Pilgrimage for Altar Boys and Girls.

    Do everything for God’s glory

    Giving God glory in everything (see 1 Cor 10:31) “sums up what it means to be a friend of Jesus”, Pope Francis began…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Awżiljarju Elett jiltaqa’ mal-missjunarji Maltin

  • L-Isqof Awżiljarju Elett, Mons. Joseph Galea-Curmi, ltaqa’ ma’ missjunarji Maltin imxerrda mad-dinja u li bħalissa jinsabu Malta għal btala. Għal-laqgha li saret f’Dar l-Emigrant, il-Belt Valletta, attendew saċerdoti Maltin li qed jagħmlu ħidma missjunarja fl-Awstralja u fil-Pakistan, u sorijiet li qegħdin f’Gaża, il-Brażil, il-Pakistan, l-Ukrajna u l-Indja. Attendew ukoll soċi tal-M.U.S.E.U.M. missjunarji f’Kuba, Londra u l-Albanija.

    Fil-messaġġ tiegħu, Mons…

  • Kompli aqra »